best deal

Monday, 18 September 2017

Norman Lowell irid jgħallaq lil Saviour Balzan


Saviour Balzan stqarr li Norman Lowell attakkah minħabba l-kritika ħarxa li biha kien jikkritikah fil-passat.


Ilbieraħ Norman Lowell, bniedem magħruf għall-pożizzjoni tiegħu kontra l-immigranti "assistiti", qal li l-editur tal-Malta Today, Savior Balzan, se jkun l-aħħar wieħed li jgħallqu. 

Waqt il-mixja ta' solidarjetà li saret mir-residenti tal-Marsa kontra l-immigranti, Norman Lowell, ħalla messaġġ ma' ġurnalist tal-Malta Today għal Saviour Balzan. Filwaqt lill-ġurnalist qallu biex jirringrazzjah għax-xogħol li jagħmel, qallu wkoll biex ma jinkwetax u li se jkun l-aħħar wieħed li jgħallqu.

Norman Lowell qal li l-midja kienet abbandunat lill-udjenza Maltija u ħallewha waħedha taffaċċja l-influss tal-barranin li jidħlu Malta. 

Xarabank tkellem ma' Saviour Balzan li qal li Norman Lowell indirizza propju lilu minħabba l-passat. "Indirizza lili għal ħafna raġunijiet imma r-raġuni prinċipali hi għall-fatt li fil-passat kont nikkritikah b'mod aħrax, tant li d-dar tiegħi ġiet attakkata u kien spiċċa tellagħni l-Qorti fejn tilef il-kawża. Mhux li tagħmel differenza li tilifha."

Spjega li indirizzah b'dak il-mod minħabba l-istil arkajku li għandu Norman Lowell. Żied jgħid li attakkah għal raġuni oħra. "Qalli hekk minħabba l-pożizzjoni li nieħdu bħala gazzetta fuq min jiġi minn pajjiżi oħra, li tmur lura għall-passat," jispjega Saviour.

Fl-2015, Norman Lowell kien tilef kawża ta' libell li fetaħ kontra Saviour Balzan u żewġ ġurnalisti tal-Malta Today.

No comments:

Post a Comment