best deal

Sunday, 10 September 2017

“Ommi damet 12-il sena tqila”


Emanuela u Ġużeppi Grima kellhom 15-il tarbija.

Tirrakkonta dwarhom waħda mill-ulied,  Grace Haber.

Ġużeppi kien jaħdem il-Biċċerija u Emanuela kienet taħdem id-dar.

Hekk kif iżżewgu kellhom 4 subien Kurunatu, Ġorġ, Mario u Emanuel.
Ftit wara kellhom tewmin Guza u Paola
Darba  Ġużeppi u Emanuela,u iltaqghu ma' Frenċ tal-Għarb.

Malli rah Frenċ tal-Għarb qal lil Ġużeppi li tnejn mis-subien kienu se jsiru qassisin.
Ġużeppi qallu li Emanuela reġgħet tqila u li aktarx se jkollha tnejn, tewmin oħra.
Frenċ tal-Għarb kien pront qallu “tlieta mhux tnejn”.

Fit-13 ta’ Diċembru 1959 Emanuela welldet tewmin, Carmen u Grace. Però meta marret l-isptar qaltilhom biex jiċċekkjaw sew għax Frenċ tal-Għarb kien qalilha xorta oħra. Wara nofs siegħa titwieled tifla oħra. Stella. 
Grace hija waħda mill-ewwel triplets li twieldu f’Għawdex.

Minħabba li issa l-familja kienet kibret sew, dak  iż-żmien it-tabib ma kienx jagħti permess li dawn jinżammu d-dar. Huma kienu jgħixu ġo żewgt ikmamar żgħar. Għalhekk kontra qalbhom, Ġużeppi u Emanuela kellhom jitfgħu lit-triplets ġo istitut. L-Istitut ‘Lourdes home’ tas-sorijiet Dumnikani ġewwa l-Imġarr.


                   L-ewwel ritratt li ttieħed tat-tfal fl-Istitut tas-sorijiet Dumnikani







Grace u ħutha meta kienu ntagħżlu biex ikantaw fl-Istitut għaż-żjara
tal-kantanta famużaTaljana Orietta Berti.


Wara ħdax il-sena, Grace flimkien ma’ ħutha ħarġu mill-Istitut u reġgħu ngħaqdu mal-familja tagħhom.

“Ommi u missieri kienu ferħanin se jtiru”. Sa fl-aħħar din il-familja reġgħet ingħaqdet kollha flimkien. Matul iż-żmien Emanuela kellha 5 itfal oħra però mietu meta kienu għadhom żgħar.
               


Stella, Carmen u Grace meta għalqu 11-il sena ftit qabel ma ħarġu mill-Istitut


                       

Dan ir-ritratt ittieħed dakinhar li l-familja reġgħet ingħaqdet.  

Li kien qal Frenċ tal-Għarb seħħ. Kurunatu laħaq qassis u mar 35 il-missjoni il-Ġibiltà. Gorġ ukoll laħaq qassis u mar il-missjoni bosta postijiet fosthom Brazil, Etijopja u Indja. Kien ukoll il-missjoni ma’ Madre Tereża.  Dun Ġorġ li waqqaf Ġesù fil-Proxxmu u li għamel tant u tant ġid mal-foqra.





Dun Ġorġ, is-sena l-oħra meta ltaqa' mal-papa Franġisku u Madre Tereza

Grace, meta għalqet 19-il sena, iddeċidiet li tidħol soru. Daħlet soru mal-istess sorijiet li kienet magħhom fl-Istitut. Wara 15-il sena, Grace ħarġet minn soru u sena wara żżewġet lil Philip u kellhom 4 wlied.

Grace tilfet 2 subien meta kienu għadhom żgħar. Sentejn u nofs ilu, Grace tilfet ukoll lil oħtha Ġuża.



Grace flimkien ma żewġha Philip u ż-żewġ ulieda Maria Josefa u Alessandra Jo.

Meta Grace irrakkontatli din l-istorja stajt nara d-diqa f’għajnejha u t-tbatija ta’ dak li għaddiet minnu iżda fl-istess ħin f’għajnejn Grace hemm it-tama li għada jisbaħ aħjar.

Kitba : Anita Vassallo Piccinino.


1 comment:

  1. Anha wkoll kollna familja kbira konna disa u ommi u missieri hdax

    ReplyDelete