
Ftit tal-ħin ilu rċevejna ilment mingħand żagħżugħ li qala' ċitazzjoni minħabba li ma għamilx l-arloġġ tal-parkeġġ.
"Ix-xahar li għadda qlajt ċitazzjoni fi Triq Stefano Erardi, l-Iklin, għaliex ma għamiltx l-arloġġ tal-parkeġġ. L-għada mort għax deherli li ma kienx hemm tabella twissi li dan il-parkeġġ huwa limitat għal ċertu ħin. Xħin mort hemm nara li t-tabella kienet moħbija f'siġra u bi kliem iffejdjat," jgħid Gino Tanti.
Gino jispjega kif appella din iċ-ċitazzjoni iżda dan l-appell ġie rrifjutat u ġie mitlub iħallasha. Għaldaqstant huwa jisħaqq li f'ċirkustanzi bħal dawn għandha tingħata twissija. "Nappella biex f'każijiet ġenwini, il-gwardjani lokali jagħtu twissija minflok ċitazzjoni għax jiena, li kulma qlajt ċitazzjoni waħda minn kemm ilni nsuq għax noqgħod attent ħafna, inħraqt. Appellajtha għax naf li huwa każ ġenwin għax kieku kont nieħu t-tort, nagħlaq ħalqi u nħallasha imma dan ma kienx il-każ," itemm jgħid Gino.
Wieħed jista' jikkontesta l-kontravvenzjoni billi jibgħat petizzjoni hawnhekk.
Inti qatt qlajt ċitazzjoni inġustament? Ikkummenta hawn taħt.
Qed nikteb f`isem l Agenzija LESA u bhala R.E.O.(Regional Enforcement Officer)fuq ir Regjun Centru, li jinkludi l Lokalita` ta l Iklin.
ReplyDeletewara li rajt l ilment hawn miktub mis Sur Tanti, saru l Investigazzjonijiet kollha mehtiega, fejn anke giet miktuba ittra lil Kunsill tal lokalita` msemmija u ser tittiehed azzjoni immedjata fir rigward ta din is sitwazzjoni.
Sa frattant il Kontravvenzjoni tas Sur Tanti ser tigi rtirata immedjatament u ser tintbaghtlu ittra ta apologijja min nahha tal Agenzija ghal kul inkonvenjent li seta nqalalu.
tislijiet
Sandro Muscat
Regional Enforcement Officer -Regjun Centru.
Tista tinvestiga tieghi pls
DeleteSur muscat nista nasigurak li mhux anomalija wahda hawn fuq dawn it tahrikiet.jiena qlajt wahda fuq jellow line san giljan .li meta mort inficcu ma l art ma sibt xejn ghar hmieg .meta nadaft bsieqi tfacca parti mil line ,iz zeba mqaxra u fejdjata tipretendi li min gol karozza ha jider.u meta nircivu xi tahrika u nkunu xoghol xi tajdli bil karozza parkjata?hafna wardens japrofitaw mil uniformi u xejn iktar skuzani.
DeleteSur muscat nista nasigurak li mhux anomalija wahda hawn fuq dawn it tahrikiet.jiena qlajt wahda fuq jellow line san giljan .li meta mort inficcu ma l art ma sibt xejn ghar hmieg .meta nadaft bsieqi tfacca parti mil line ,iz zeba mqaxra u fejdjata tipretendi li min gol karozza ha jider.u meta nircivu xi tahrika u nkunu xoghol xi tajdli bil karozza parkjata?hafna wardens japrofitaw mil uniformi u xejn iktar skuzani.
DeleteThis comment has been removed by the author.
ReplyDeleteJien qlajt citazzjoni ta 11.95 li qed nostakola t triq. Ma jien hemm l ebda linji u tabelli u hadt ritratti jghaddi trakk taz zibel Minn hdejja. Ktibt lil kunsill u qaluli li hemm se jpingu parking bays u mhux support qlajt citazzjoni. Bghatt petition u qaluli mhux accettata avolka but ritratti u no email ta l kunsill jikkinfermaw li stajt nipparkja. Issa jkolli nehli nofs ta that leave tribunal
ReplyDelete