F'kumment lil Lovin Malta Megan* tispjega li dan il-każ seħħ l-Erbgħa waranofsinhar f'karozza tal-linja li kienet fi triqtha lejn Buġibba.
Il-karozza tal-linja kienet vojta u hi kienet bilqiegħda fuq wara, fin-naħa
opposta ta' fejn kien bilqiegħda r-raġel. Ir-raġel beda jimmasturba hu u jħares
lejha. It-tifla kkonfermat li ma rrapportatx l-inċident lill-Pulizija.
Aħna tkellimna mal-Avukata Dr Kathleen
Grima li tispjegalna li hija illegali li wieħed joħroġ ġismu jew/u jimmasturba
fil-pubbliku. "Għall-Qrati huwa biżżejjed li l-att ikun tali li joffendi
s-sens ta' diċenza biex tirriżulta ħtija tar-reat tal-offiża għall-pudur
fil-pudur. Ma tistax tagħmel atti fil-pubbliku li joffendu l-pudur jew
il-morali. Li wieħed jagħmel hekk fil-pubbliku, ikun qed jikser il-liġi, anke
jekk l-istess att isir f'post espost għall-pubbliku," tgħidilna Dr
Grima.

Jekk raġel jimmasturba waħdu f'post pubbliku filgħaxija u jinqabad minn pulizija, illegali? U jekk koppja tagħmel atti sesswali f'post imwarrab illegali wkoll? "Hija illegali li timmasturba f'post pubbliku. Apparti minn hekk, skont il-ligi, mhux neċessarju li jkun hemm il-pubbliċità tal-post, imma hu biżżejjed li l-pubbliku seta' jara l-att diżonest. Ovvjament għalkemm illegali, il-Qrati dejjem għamlu distinzjoni bejn attijiet indiċenti kommessi f'ħin u f'lok li tkun kważi ħaġa żgura li jgħaddi xi ħadd u, bla ma jrid, jara dawk l-attijiet, u każ li jseħħ f'nofs ta' lejl u f'post fl-imwarrab fejn, għalkemm possibbli, mhux probabbli jaċċedi xi ħadd. Hemm differenza bejn Bieb il-Belt u f'nofs ta' lejl fl-irdumijiet," tispjegalna Dr Grima. Tgħidilna li jekk xi ħadd imur xi mkien, waħdu, mingħajr ma jkun qed jarah ħadd u jagħmel atti bħal dawn, mhux illegali imma jekk fl-istess ħin jinqabad minn pulizija, propju għaliex il-post fejn ikun mar ikun espost għall-pubbliku dak l-att huwa illegali.
Dr Grima tkompli tispjega, "Jekk koppja tagħmel atti sesswali
f'vettura fit-triq, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, tali atti jistgħu jkunu illegali. Vettura privata tista' ssir post pubbliku jekk ikun hemm
l-potenzjalità tal-aċċess għall-pubbliku. Dan jiddependi minn skont fejn tkun
il-vettura u kif tkun il-vettura. Mill-banda l-oħra, f'każ partikolari fejn
seħħew atti indiċenti fuq xarabank, il-Qorti tal-Appell kienet ikkonkludiet li
l-inċident ma setax jitqies bħala li seħħ f'post pubbliku u għalhekk ma kienx
jirriżulta r-reat ta' offiża għall-pudur fil-pubbliku, minħabba li fix-xarabank
ma kienx hemm passiġġieri għaliex ma kinitx waqt is-servizz u għalhekk
il-pubbliku ma kellux aċċess għalih, kif ukoll minħabba li l-atti saru billejl
u waqt li tal-linja kienet miexja kontinwament u fid-dlam, u kwindi anke jekk
kien hemm xi ħadd fit-triq, minħabba dawn il-fatturi u anke minħabba l-għoli,
dan ma seta' jara xejn."
Min-naħa l-oħra, jekk
raġel għandu bżonn jagħmel il-bżonnijiet tiegħu fil-pubbliku, ikun qed jikser
il-liġi? "Hija illegali. Fil-fatt jitressqu ħafna nies il-Qorti
wara xi party kbir li jkun seħħ f'Malta għaliex ikunu nqabdu
jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom barra fit-triq."
Ritratt: Lovin Malta
http://www.bbc.com/news/av/uk-41038652/he-touched-my-back-down-to-my-bum
ReplyDelete