best deal

Wednesday, 13 September 2017

Sander jagħlaq 40 sena!





Illum wieħed mill-aqwa atturi u kittieba komiċi, Chrysander, li f'Xarabank jinterpreta l-karattru ta' Josh, jagħlaq 40 sena. 

Għal din l-okkażjoni, Daniel, li jinterpreta l-karattru ta' Sean, avviċinana biex jagħmillu sorpriża billi jgħaddillu messaġġ. "Sander jiena nixtieq nawguralek minn qalbi Happy Birthday. Jumejn ilu kien il-birthday tiegħi u ktibtli ħafna kliem sabiħ fuq il-Facebook. Allura minħabba li dejjem ridt nipprova nagħmel xi ħaġa, avviċinajt lil Xarabank biex jagħmlulek din is-sorpriża. Inħobbok ħafna. Jalla jkollna aktar affarijiet flimkien. Ilna nafu lil xulxin 17/18-il sena u jalla jkun hemm id-doppju u iktar snin li fihom inkunu għadna naħdmu flimkien u nagħmlu dawn l-affarijiet flimkien. Happy Birthday!"





Fuq Facebook spikka l-messaġġ ta' martu Alison, li jgħid hekk: "Kieku ma kellix lilek, kieni kolli dar dejjem nadifa żgur. Kieku veru wkoll li ma nkunx nista' nixgħel it-televixin meta jinqalgħu l-wires, u ma nkunx nista' nilbes il-ħwejjjeġ li skontok huma strambi. Imma li hu żgur hu li mingħajr ma nkun xejn għax inħobbok wisq. Happy Birthday 40th birthday qalbi."




Fost il-messaġġi oħra hemm ta' Tony Busuttil, il-moħħ wara Mini u Griz, programm ta' tfal li Chrysander kien il-preżentatur tiegħu. Mill-messaġġ li bagħatlu Tony, jidher li Mini għandha għeluq żmienha wkoll! 




Araw waħda mill-aħjar ċajtiet ta' Sander hawn taħt:




It-tim ta' Xarabank jawgura lil Chrysander l-isbaħ xewqat!

F'Xarabank f'Ottubru jirritornaw Josh u Sean, il-Laburist u n-Nazzjonalist. Kos hu, fuq min se tkun l-ewwel satira? Fuq Adrian Delia jew Chris Said? Nistennew u naraw.

No comments:

Post a Comment