best deal

Friday, 22 September 2017

Tfal iqumu fil-5:30am għall-iskola


Missier kiteb fuq Facebook u saqsa jekk hemmx xi ħadd li jixtieq jingħaqad miegħu biex isibu vann li jwassal lit-tfal l-iskola.

Tkellimna ma' missier li t-tifel tiegħu jmur fi skola tal-Knisja, u rċieva ittra mingħand it-transport tal-iskola jinfurmawh li ibnu se jibda jinġabar fis-6:10 ta' filgħodu, kuljum. Dan ifisser li l-istudenti issa jridu jqumu mill-inqas fil-5:45 ta' filgħodu! Is-soltu l-istudenti jinġabru fis-7:00 u 7:15 ta' filgħodu, u issa se jibdew jinġabru fis-6:10 ta' filgħodu.

Dan l-istess ġenitur, li ismu ma xtaqx li jissemma, tkellem ma' Xarabank u qalilna li minħabba għajja, dan inaqqas mill-ħin li t-tfal idumu attivi matul il-ġurnata.

Dan se jnaqqas il-ħin mal-familja u biex ma ssemmix ukoll li l-ġenituri jridu jqumu qabel uliedhom biex jippreparaw u jarawhom sejrin.

"Mhux sewwa li t-tfal se jibdew jinġabru daqshekk kmieni. It-trasport suppost qiegħed għall-istudenti u mhux l-istudenti għat-trasport."

Dan l-istess ġenitur wera t-tħassib tiegħu li l-kooperattiva tat-transport qed tiġbor xi studenti kmieni sabiex ikunu jistgħu jagħmlu vjaġġi oħra u jekk inhu hekk, kif l-istudenti jaslu l-iskola din tkun magħluqa u dan iniżżilhom xorta.

Xarabank isaqsi - Taqblu li t-tfal jinġabru fis-6:00 ta' filgħodu? X'inhu l-ħin diċenti għal uliedek?

5 comments:

  1. Kieku kulhadd imur l iskola tal lokal , hin ragonevoli ikun biex iqumu t tfal....l ghazla hija Tal genituri mhux tat transport bir rispett kollu lejn kulhadd....iktar jekk iridu jaqsmu Malta dan lmsieken tfal imma l-aqwa li kulhadd jippoppa sidru u jghid li hemm imur skola t tifel....u ejja come on!

    ReplyDelete
    Replies
    1. This comment has been removed by the author.

      Delete
    2. Sry ta mela liskola tazila int filkass ajdli naqa lil min kelimt hali inkelmu ta ha nazlu liskola ahna ax min klimek tort tal genituri dan alfix andom jigi jigborom fis 6.00am aw min lanqas ax xoghol ma iqum daqsek kmien ahseb u ara et tajd tifel/a ta dik leta ta trasport iridu jibilaw kollox mela sewwa biex jamlu xi 2vjaggi ohra jigi jigbor it tfal fis 6.00mhux sew ax umbad it tfal jehlu ma genituri ax jigu id dar ikun ajenin u ma ikunx iridu jamlu homework etc.. em bzon li it trasport jizdidu il vanijiet jew coaches u mhux jinata lil kumpanija wahda ux

      Delete
  2. It tfal ghandhom jingabru imqarr siegha qabel. Fl ahhar mil ahhar ghal Van inhallsu 600 Euro u ma nipretendix li jwassal it tifel tieghi kmieni biex ikunu jistghu jghamlu vjagg iehor. Tieghi qalli fi 6 jkun barra u jibda skola 07:45. Wara li tkellimna gej ghalih fi 6:30.

    ReplyDelete
  3. Jien l-istess, it-tifel tieghi li ghandu biss 7 snin jibda skola fis-7.45 u id-driver gi ghalih fis-6. Dan biex jilhaq jigbor it-tfal kollha u jimla il-coach. Jista xi hadd javzana jekk hemm ligi li tistipola il-hin meta jistaw jibdew jigbru it-tfal. Xarabank investiga jekk joghbok!!!

    ReplyDelete