Mark Attard fuq Facebook jirrakkonta kif kien ħdejn l-ATM u jinzerta tifel jibki. "Tifel ta' mhux aktar minn 8 snin, minn warajja nisimgħu jibki u jistaqsi bil-ħniena jekk xi ħadd sabx xi €5 fl-art, fuq din il-bankina. Beda jistaqsi lil kulħadd u ħadd ma emmnu. Kulħadd qallu li ma sab xejn u kulħadd ġablu skuża li m'għandux flus. Kif lestejt mill-ATM, staqsa lili," jgħid Mark.
Jispjega kif xħin dar sab tifel wiċċ il-ħniena, xagħru bjond, jitkellem bl-Ingliż u bil-flokk tal-Inter. "Mr, did you find €5 on the floor? I came out from that shop there, walked all through this street. Must have lost it somewhere here," qallu t-tifel. Mark iwieġbu,"No, kid. Just dropped for 1 minute to the ATM. Someone must have already found it and it's windly. Could be anywhere."
Mark jistqarr li t-tifel deher innoċenti u wiċċ il-ħniena. "Ma flaħtx narah bid-dmugħ f'għajnejh. Deher li mhux jigdeb jew jivvinta. Deher għandu bżonnha u ma kellux ħliefha. Iddeċidejt li nagħtihielu jiena. Ma ridtx jemmen bil-ferħ. Irringrazzjani xi erba' darbiet," jgħid Mark.
Imma l-istorja ma tiqafx hawn. "Telaq. Imxejt lejn il-karozza u kif se nistartja biex insuq, iħabbatli mal-ħġieġa. Qalli, "Mr, thanks for your €5. I just found it in the corner of the street by the flowers. This is yours. Thanks a lot, just the same.""
Mark itemm billi jgħid hekk. "It-tagħlima ta' din l-istorja: Fid-dinja mhux kulħadd ħalliel u mbrolljun. Hawn nies, onesti u qalbhom tajba wkoll."
This comment has been removed by the author.
ReplyDelete