best deal

Saturday, 16 September 2017

Tinħafer ċitazzjoni wara li Xarabank ippubblika artiklu


Tinħafer ċitazzjoni li ngħatat inġustament lil żagħżugħ, wara li Xarabank ippubblika artiklu.

Ilbieraħ, Gino Tanti ma' Xarabank spjega li rċieva ċitazzjoni fl-Iklin talli m'għamilx l-arloġġ tal-parkeġġ. L-għada li rċeviha mar fuq il-post u ra li t-tabella tat-twissija kienet moħbija f'siġra u bi kliem iffejdjat.

Għaldaqstant, Sandro Muscat f'isem l-aġenzija LESA u bħala uffiċjal tal-infurzar reġjonali fuq ir-Reġjun Ċentru, li jinkludi l-lokalita' tal-Iklin, avviċina lil Xarabank. F'kumment taħt l-artiklu kiteb: "Wara li rajt l-ilment hawn miktub mis-Sur Tant, saru l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa, fejn anke ġiet miktuba ittra lill-Kunsill tal-lokalita' msemmija u ser tittieħed azzjoni immedjata fir-rigward ta' din is-sitwazzjoni. Safrattant il-kontravvenzjoni tas-Sur Tanti se tiġi rtirata immedjatament u se tintbagħtlu ittra ta' apoloġija min-naħa tal-Aġenzija għal kull inkonvenjent li seta' nqalagħlu."

Jekk inti tħoss li għaddej minn xi inġustizzja, ibagħtilna Facebook jew imejl, jew ċemplilna fuq 21249200. 

No comments:

Post a Comment