best deal

Monday, 11 September 2017

Tixtieq tirbaħ tricycle biex tevita t-traffiku


Illejla f'Tough Luck Maria Bajada se tilgħab biex tirbaħ tricycle tal-adulti ħalli tevita t-traffiku.

Maria hija waħda mit-tliet parteċipanti tal-lejla. Iddeċidiet li tkompli tistudja u tidħol l-Università meta kellha iżjed minn 50 sena. Tixtieq tirbaħ tricycle tal-adulti għaliex ta' kuljum tħabbat wiċċha mat-traffiku iżda fl-istess ħin tixtieqha biex tagħmel ftit eżerċizzju. 

Daniel Grech Avellino huwa parteċipant ieħor. Ftit taż-żmien ilu għadu kif sar missier u jistqarr li t-tarbija biddlitlu ħajtu kompletament. Qegħdin jarmaw il-post bil-mod u fil-fatt se jkun qed jilgħab f'Tough Luck biex jirbaħ walk in wardrobe. Raġel romantiku u jidħol għal avventura b'ruħu u ġismu. Fil-fatt illejla se naraw ukoll x'għamel lill-familjari tiegħu biex jgħidilhom jekk it-tarbija hux tifel jew tifla. 

L-aħħar parteċipant huwa Ryan Axisa li se jkun qed jilgħab biex jagħmel eyelaser. Konxju ħafna tad-dehra tiegħu u għalkemm nistgħu ngħidu li n-nuċċalitajiet huma moda llum il-ġurnata, Ryan xorta ma jħossux kunfidenti meta jilbsu. Fuq xogħlu, Ryan jiltaqa' ma' ħafna nies u jekk illum jirbaħ f'Tough Luck, jgħidilna li se jkun iżjed kunfidenti.

Ritratt: Gareth Photography

No comments:

Post a Comment