best deal

Wednesday, 13 September 2017

Wara l-istorja tal-omm imbeżżgħa minn binha, inkellmu lill-Caritas


Ilbieraħ ħriġna l-istorja ta’ mara li tinsab imbeżżgħa minn binha li jabbuża mid-droga . Din il-mara qaltilna li meta jkun tt l-effett, binha jsir aggressiv ħafna magħha. L-omm tixtieq tgħin lil binha biex jieħu l-kura kontra d-droga iżda ssostni li hawn Malta m’hawnx fejn. Aħna kkuntattjajna lid-Direttur tal-Caritas, Leonid McKay u staqsejnieh għaliex ma jeżistix post ta rijabilitazzjoni għal tfal u adoloxxenti tt it-18-il sena.

Leonid McKay ikkonferma li preżentament ma jeżistix programm speċjalizzat ta’ rijabilitazzjoni għall-minuri ta' bejn it-12 u s-17-il sena. Il-Caritas tinsab konxja ta’ din il-problema fost il-minuri. “Id-droga fost il-minuri toħloq problemi serji ta’ mġiba, kif ukoll problemi emozzjonali u konsegwenzi serji fuq il-familjari”, jgħid McKay.

McKay sostna wkoll li programm ta’ rijabilitazzjoni għal minuri huwa bżonn nazzjonali li tkellmu fuqu diversi entitajiet, fosthom, il-Kumissarju tat-Tfal, professjonisti tas-saħħa mentali, kif ukoll il-ġudikatura.

“Bħala prinċipju nippruvaw kemm nistgħu ngħinu lil dawn it-tfal u adoloxxenti fil-komunità u fil-familji tagħhom, però nafu li hemm każijiet fejn hemm il-bżonn li dawn it-tfal jinħargu mill-komunità, u mill-familja sabiex jingħataw għajnuna iżjed intensiva."

Leonid qalilna li madwar sena u nofs ilu, il-Gvern avviċina lill-Caritas sabiex tibda ssir ħidma biex jinfetaħ post residenzjali ta rijabilitazzjoni għall-minuri. Il-Gvern stess alloka l-fondi neċessarji għall-operat tas-servizz, flimkien ma' ammont ta flus għax-xogħol tal-bini. McKay qalilna wkoll li l-Prim Ministru nnifsu intervjena personalment sabiex il-Caritas tingħata biċċa art fejn jinbnew dawn il-faċilitajiet. “Bħalissa qedin fl-aħħar fażi biex jibda jinbena dan il-post, għandna applikazzjoni mal-Planning Authority, u malli joħroġ il-permess se tibda l-ħidma fuq il-bini."

Leonid qalilna wkoll li għall-programm tal-minuri ma jistax isir “copy and paste exercise" fejn dak li noffru lill-adulti nibdew noffruh lill-adoloxxenti. Dak li jaħdem mal-adulti mhux neċessarjament jaħdem ma’ etajiet iżgħar. Ma nistgħux naqbdu u niftħu post, jekk irridu nkunu effettivi l-post irid ikun addattat," jgħid Leonid McKay. Leonid jid li mal-minuri se jintroduċu wkoll tipi differenti ta’ terapija bħal arti kreattiva, pet therapy, agrikoltura, sport u eżerċizzju fiżiku u edukazzjoni formali u informali.

Sabiex il-Caritas iżid l-għarfien dwar il-programmi ta rijabilitazzjoni għall-minuri, f’din l-aħħar sena marru l-Irlanda mad-delegazzjoni tal-ministeru kkonċernat, kif ukoll l-Italja ftit wara sabiex jaraw l-operat tas-servizz speċifiku għall-adoloxxenti li jeżisti fdawn il-pajjiżi.

Meta mistoqsi speċifikament dwar il-każ li ħareġ ilbierah fuq din il-website, fejn mara tinsab imbeżżgħa minn binha li jieħu d-droga imma ma tistax tagħtih għajnuna għax mhawnx fejn, Leonid McKay qalilna li wara li ra l-istorja hu tkellem mal-omm u qed iwiegħda li fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se jagħmel kulma jista' biex jgħinha filwaqt li se jipprova jsib soluzzjoni għal dan il-każ partikolari. McKay qal li l-Caritas se toffri servizz kemm lil omm, kif ukoll lil binha. “Aħna qed nikkommettu ruħna li nkomplu nsegwu l-każ ta’ din l-omm u binha, u nagħtu l-kontribut fejn nistgħu filwaqt li naħdmu ma entitajiet oħra bħall-Appoġġ biex tinstab soluzzjoni."

Fil-ġimgħat li ġejjin aħna se nkunu qed inkompli nsegwu dan il-każ, u nittamaw li din il-mara tingħata kull għajnuna meħtieġa mingħand l-entitajiet kollha kkonċernati.



No comments:

Post a Comment