Monday, 23 October 2017
77% tal-kriminalità fil-Marsa ssir mill-Maltin
Skont il-Ministru Michael Farrugia, iżjed minn tliet kwarti tal-każi kriminali li saru fil-Marsa saru mill-Maltin.
Bejn l-2015 u Ġunju ta' din is-sena, ġew arrestati 389 ruħ fil-Marsa, u 301 minnhom kienu Maltin, u 88 kienu barranin.
Ir-residenti tal-Marsa spiss jesprimu biża' minħabba l-popolazzjoni ta' persuni barranin li dejjem qed tiżdied fil-Marsa. Minkejja dan, meta aħna morna l-Marsa u tkellimna mal-Marsin stess huma esprimew ma' Xarabank li ħafna mill-barranin li jgħixu hemmhekk ma jikkawżaw ebda problema, iżda mbagħad hemm ftit minnhom li "jpattu għall-oħrajn kollha".
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment