Nhar l-Erbgħa fuq din il-website ppubblikajna l-istorja ta' raġel li allega li fis-sajf li għadda ħabtet miegħu vettura tal-Forzi Armati ta' Malta u baqgħet sejra mingħajr ma ammettiet it-tort. U r-raġel gerger magħna għax it-tort intefa' fuqu.
Aħna bgħatna xi mistoqijiet lill-Forzi Armati ta' Malta li weġbuna, u minn dak li qalulna joħorġu affarijiet interessanti, fosthom li l-karozzi tal-Gvern m'għandhom l-ebda obbligu li jkunu koperti bl-insurance.

Il-Forzi Armati ta' Malta qed jinsistu li l-verżjoni tal-istorja kif qed jgħidha r-raġel mhijiex vera u kif din ġiet ikkontestata. Kelliem għall-Forzi Armati ta' Malta jgħid, fost oħrajn, li m'hemmx qbil dwar min hu responsabbli għall-ħsarat li ġew ikkawżati u bħal ċittadin normali, l-AFM għandha l-għażla li tikkontesta l-ħtija jew l-ammont ta' danni, jekk taħseb li dawn mhumiex dovuti jew ġusti.
Spjega kif xejn u ħadd mhu qed iżomm lis-sid tal-vettura milli jagħmel it-tiswijiet għall-ħsarat biex b'hekk ikun jista' jkompli juża l-vettura. Żied jgħid li jekk jiġi deċiż li l-ħtija hija tax-xufier tal-AFM, ir-raġel jirkupra l-ispejjeż.
No comments:
Post a Comment