Ftit tal-ħin ilu mara ilmentat magħna dwar it-triq imħarbta u maħmuġa li toqgħod fiha, fil-Mosta.
"It-triq tagħna, Triq Camillo Sciberras, qatt ħadu ħsiebha. Hija mħarbta ħafna u dejjem b'xi ħofra. Minħabba li ġew joqogħdu nies ġodda quddiemna, qed ikollna ħafna żibel faċċata tagħna. Fost l-affarijiet li jiġu mormija huma kaxxi tal-appliances," tgħidilna Mary Azzopardi.
Mary tispjegalna kif ta' kuljum ikollna tnaddaf minħabba l-ammont ta' ħmieġ li jidħol għandha. "Il-ħmieġ li jintefa' fil-kantuniera kollu jiġi għal ġor-rampa tiegħi. Il-ħin kollu rrid niknes il-ġnien ta' quddiem, il-bankina u taħt il-bankina," tistqarr Mary.
No comments:
Post a Comment