best deal

Wednesday, 25 October 2017

Anzjana bi problemi f'irkupptejha ma tistax tibqa' tattendi l-lezzjonijiet


Anzjana, bi problemi f'irkupptejha, ma tibqax tattendi l-lezzjonijiet tal-Lifelong Learning għax qed isiru ġo klassi fit-tieni sular minflok ġo t'isfel.


"Jiena mmur l-evening classes tan-knitting iżda ma bqajtx nattendihom minħabba l-istess problema li kellna tliet snin ilu. Din is-sena erġajt applikajt għal dawk il-lezzjonijiet u meta morna għall-ewwel lezzjoni qalulna li l-lezzjonijiet se jerġgħu jibdew isiru fuq fl-iskola tal-Furjana. Għal din il-kamra hemm żewġ sulari u bħalissa qed nistenna operazzjoni biex tinbidilli l-irkoppa. Dakinhar stess jiena u anzjana oħra, li għamlet open heart surgery, ma stajniex nitilgħu fuq u minħabba din il-problema ma bqajniex nattendu," tispjegalna l-mara.

Tgħidilna li tliet snin ilu din il-problema ġie solvuta. "Tliet snin ilu kont ilmentajna fuqha u kienu rranġawlna. Din is-sena reġa' hawn din il-problema u qalulna li minħabba s-sigurtà, il-klassi ta' fuq hija iktar ideali minħabba li hija spazjuża iżjed. Spjegawlna li fil-kamra t'isfel, li konna nużaw fi snin ta' qabel, m'hemmx post biżżejjed biex ikun hemm dawk in-nies kollha," tgħidilna l-anzjana.

Tappella biex il-lezzjonijiet jerġgħu jibdew isiru fil-klassi t'isfel. "Għandi xogħol mibdi u issa ma nafx kif se nkomplih. Ninsab veru rrabjata għax il-maġġoranza tan-nies huma anzjani, u mhux jipprovdu l-faċilitajiet neċessarji li jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Tal-inqas messhom jaqsmuna f'żewġ klassijiet. Ilni mmur għal dawn il-lezzjonijiet ħames snin u veru kont inkun ħerqana li tasal dik il-ġurnata, għax konna qisna familja u għalija din kienet ħarġa. Nixtieq li jirranġawlna biex jiena u ħabibti nerġgħu nibdew nattendu," ittemm tgħidilna l-anzjana.

No comments:

Post a Comment