
Lorna,
ħabiba ta’ Sabrina, il-mara li tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer
il-Ħadd li għadda, bdiet tittama li Sabrina twassal sa Diċembru.
Lorna saret taf lil Sabrina minn kors ta' drama. "Kont nafha mid-Drama Centre. Minn dejjem riedet tirreċta iżda qatt ma kellha ċ-ċans minħabba l-marda u baqgħet tgħid li tixtieq tirreċta. Kellha karattru ferrieħi, kienet mara avventuruża, ma taqa' qalbha qatt, kienet tgħidha kif tħossha u kienet tħobb ħafna l-ħajja," tgħidilna Lorna.
"Kont sifirt magħha wkoll. Kont naf li mardet u xi 3 snin ilu għedtilha biex tiġi miegħi u ma' xi kollegi tax-xogħol tiegħi għal vaganza f'Istanbul. Konna organizzajnielha żewġ avvenimenti biex niġbrulha l-flus għax kienet qatgħet qalbha li tieħu l-kimoterapija u pprovat tieħu terapija alternattiva," tistqarr Lorna.


Lorna tgħid li Sabrina kienet mara pożittiva ħafna anke meta kienet marida. "Il-pożittività tagħha ġagħlitni nemmen li mhux ħa tmut, allura nħsadt meta rajt il-post ta' ħuha li kiteb li mietet. Bdejt nittamma li twassal sal-Milied għax xtaqet tagħmel party f'Diċembru imma lejn l-aħħar bdejt ngħid li mhux se twassal. Minn banda ħelset għax kont naf li kienet muġugħa," tgħidilna Lorna.

"L-aħħar messaġġ għaliha jkun dan: 'Ibqa' rreċta minn hemm fuq Sabrina'," ittemm tgħidilna Lorna.
L-aħħar tislima lil Sabrina ngħata fl-16:00pm fil-Knisja ta' San Lawrenz, il-Birgu.
No comments:
Post a Comment