best deal

Sunday, 1 October 2017

Belgħa kafè? Le, dawn huma 5 affarijiet li tista' tagħmel bil-kafè





Illum huwa l-Jum Dinji tal-Kafè. Tajjeb tkun taf li l-kafè mhux tajjeb biss biex tixorbu. Dawn li ġejjin huma 5 affarijiet li tista' tagħmel bil-kafè li jagħmlulek ħajtek aktar faċli. 


1) Tista' tgħatti grif mill-għamara tiegħek. 




Kulma trid tagħmel huwa li taqbad naqra kafè mitħun, titfgħu fuq il-girfa u tagħfsu b'cotton bud ġewwa l-girfa. Ħallih għaxar minuti u farfar il-kafè żejjed li jkollok fuq l-għamara. Fejna l-girfa? 

2) Neħħi l-irwejjaħ żejda mill-fridge

Kull fridge tagħmel xi naqra riħa kultant, issa għandek is-soluzzjoni. Itfa' naqra kafè mitħun ġo skutella u itfagħha fil-fridge. Din tneħħi r-riħa tinten li jkollok u tagħmillek il-fridge tfuħ. 


3) ''MA KINUX BEBBUX, KIELULI L-PJANTI"


Għandek xi ġardina bil-pjanti u qed issib it-toqob tal-bebbux fuq il-weraq? Isma' din... Itfa' ftit kafè mitħun fil-pot fuq il-ħamrija u l-bebbux la jdejqu lill-pjanta u lanqas lilek. 

5) Tista' tħoll id-drain tas-sink... kulħadd ikun iridha dik naqra kafè



Jekk instaddlek id-drain tas-sink, tista' tgħalli l-ilma u tagħmel kafè... Le mhux biex tieħdu int! Itfagħlu naqra sapun tal-platti miegħu u ferraw bil-mod fid-drain. Ftit ftit jinħall. 

5) Bil-kafè jista' jkollok kompost aħjar! 



Ħallat kafè mitħun mal-kompost tiegħek u dan jgħmillek il-kompost aktar fertili. Jekk tagħmel hekk meta tħaltu mal-ħamrijja, tkun aktar fertili. 


No comments:

Post a Comment