best deal

Friday, 13 October 2017

"Bid-droga sintetika għamilt tlett ijiem f'koma" - Conray


Dan Conray. Ta' 13-il sena mess il-ħaxixa u ta' 15-il sena beda jieħu d-droga qawwija. Darba minnhom ipprova d-droga s-sintetika.



"Jien ħadt droga li kienet ikkonteminata. Min għamilha jew min xtraha għamilha ħażina. Tilfitni minn sensija u sabitni ommi bil-pipi taħti u remetar quddiemi u ċemplet l-ambulanza. Għamilt 4 ijiem l-isptar u sal-lum għadni bl-effetti," jgħidilna Conray.

Conray jgħid li d-drogi sintetiċi huma l-agħar addictions. "Ikolli ħafna ansjetà, ma nħarisx f'għajnejn in-nies u l-ħin kollu nħares lejn l-art. Ikolli ħafna biża' fl-istess ħin. L-ebda droga ma ħallietni dawn l-effetti. Din id-droga faqgħetni. L-addiction tagħha hija ħafna kbira u fiha ħafna sickness. Agħar mid-drogi kollha imma kollha huma ħżiena."

Bid-droga sintetika anke x-xjaten beda jara u saħansitra anke beda jisma' l-ilħna. "Darba minnhom sa anke nitkellem b'lingwa li ma nafx bdejt nitkellem. Bdejt nara viżjonijiet tal-infern u fi stat high qbadt ngħajjat," jgħidilna Conray.

Conray kien jixtieq lil Alla jieħdu imma lil ommu u missieru jħobbhom wisq. "Bdejt nitlob li jeħodna u jieħu ħsieb lil ommi. Baqgħu jieħdu ħsiebi u għadhom s'issa jgħinuni. Ommi bil-lejl toqgħod tiċċekkja mit-tieqi biex tara jekk għadnix ħaj. Illum nifhimha u jiddispjaċini li ma nistax inpatti għal li għamilt."

Conray kien l-aqwa breakdancer ta' Malta. "Kont niżfen il-breakdance ta' 13/15-il sena u ftaħt skola tant li kelli xi 30 student. Kont nilgħab il-hockey, dħalt naħdem ma' tal-films u mbagħad qbadt karriera ta' kok."

Conray tilef lil sħabu bid-droga sintetika. "Tlift tnejn bid-droga sintetika u xi tnejn oħra bid-drogi l-oħra. Tiddejjaq speċjalment meta lil sieħbi ta' 23 sena ftaħtlu għajnejh xħin ħriġt mill-isptar."

Javża biex ħadd ma jieħu din id-droga: "Din id-droga mhijiex ċajta. Din hija valenu għax meta teħodha tibda tmut bil-mod."

No comments:

Post a Comment