Bis-sistema l-ġdida tal-IOS 11, l-iPhone jista' jsalvalek ħajtek.
Tkun fejn tkun, issa tista' ssejjaħ għall-assistenza tal-pulizija, tal-isptar jew tal-protezzjoni ċivili permezz tal-iPhone. Issa bis-sistema l-ġdida, tista' taqbad direttament lill-emerġenza u tinforma lil żewġ persuni qrib tiegħek b'buttuna waħda.
Dan billi tagħfas il-buttuna li biha tiftaħ u ssakkar il-mowbajl għal ħames darbiet. Wara jibda countdown li malli jintemm, waħdu jċempel lill-ambulanza u wara jibgħat messaġġ liż-żewġ persuni li inti tkun daħħalt id-dettalji tagħhom f'każ li tinqabad f'emerġenza. Dan il-messaġġ ikun qed jinfurmahom li inti tinsab f'emerġenza u jgħidilhom ukoll fejn tinsab billi jibagħtilhom l-indirizz.
Biex ikollok din is-sistema fuq l-iPhone tiegħek trid tagħmel 4 affarijiet:
- Tidħol fuq is-settings tal-iPhone
- Tagħfass fuq l-Emergency SOS
- Tixgħel l-Auto Call u
- Tixgħel l-Coundown Sound
B'dan il-mod, l-iPhone jista' jsalvalek ħajtek!
Filmat: Andrew Borg Carbott
Muntaġġ: Andrew Borg Carbott
Filmat: Andrew Borg Carbott
Muntaġġ: Andrew Borg Carbott
No comments:
Post a Comment