Thursday, 5 October 2017
BIL-FILMAT: Dan il-plejer rebaħ il-World Cup mat-Taljani u dil-ġimgħa beda jilgħab ma’ Hamrun Spartans
lIbieraħ filgħaxija t-tim tal-Ispartans ħabbar akkwist importanti ħafna biex ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom għal dan l-istaġun, dak ta' Zaccardo.
Christian Zaccardo għandu 35 sena fejn fil-karriera tiegħu lagħab għal timijiet kbar fosthom, Palermo, Parma, Milan u VFL Wolfsburg fejn ma' dawn tal-aħħar saħansitra rebaħ il-bundesliga. Zaccardo kien ifforma wkoll parti mill-iskwadra Taljana li rebhu t-Tazza d-Dinja fis-sena 2006.
Matul din il-gimgħa kienu ħafna dawk li wrew interess f’dan l-istess plejer kemm minn pajjiżna kif ukoll timijiet oħra fl-Ewropa fl-ogħla diviżjonijiet.
Mistoqsi għalxiex għażel lil Hamrun Spartans Zaccardo wieġeb li kellu opportunità li jingħaqad ma' klabbs oħra ħafna qabel fosthom kien hemm interess minn Benevento, tim ġdid promoss fis-Seria A, iżda wara ħafna ġimgħat ta' diskussjonijiet ma' klabbs oħra u l-istess Hamrun ir-rapport li beda jinbena mal-Ispartans għenuh jagħmel din id-deċiżjoni li bl-esperjenza tiegħu ħa jkun qiegħed jgħin lil dan it-tim jikber u flimkien mal-klabb jilħqu l-għanijiet għal dan l-istaġun kif ukoll ikomplu jtellgħu lil dan il-klabb fejn jixraqlu.
Meta tkellimna mat-tim manager ta' Hamrun Spartans Ettiene Vella qalilna li huma kellhom jegħlbu sfidi kbar biex akkwistaw il-firma ta' Zaccardo. Ettiene ddeskriva li dan it-trasferiment ilhom jaħdmu għalih għal dawn l-aħħar ġimgħat fejn qagħdu attenti biex iżommu kollox kemm jista' jkun mistur kemm minħabba li xejn ma kien għadu ċert iżda wkoll minħabba l-professjonalità li jirrikjedi trasferiment bħal dan.
Il-kowċ Jacques Scerri ddeskriva dan l-akkwist bħala wieħed importanti ħafna għall-iskwadra li hekk kif għaddew 7 logħbiet minn dan l-istaġun deher li r-rippart difensiv jista' jkun aħjar biex ikomplu jsaħħu l-iskwadra li għandhom għal dan l-istaġun u jgħinhom jilħqu l-miri tagħhom. Mistoqsi xi impatt ħa jagħmel Zaccardo mal-iskwadra preżenti qalilna li bl-esperjenza tiegħu ser jkun qed jgħin l-iskwadra tirranġa r-rippart difensiv iżda wkoll tgħin difensuri żgħażagħ li ngħaqdu magħhom jikbru bħala plejers u jkabbru l-esperjenza tagħhom ma' plejers ta' livell għoli.
Bħalissa għaddejja laqgħa ta' informazzjoni minn Hamrun Spartans dwar dan it-trasferiment kif ukoll dwar il-miri tal-klabb.
Kitba: Matthew Vassallo
Filmat u muntaġġ: Andrew Borg Carbott
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment