best deal

Thursday, 5 October 2017

BIL-FILMAT: Għada f'Xarabank se tara x'ġara meta morna d-dar ta' Adrian Delia


Nickie Vella De Fremeaux titkellem għall-ewwel darba live f'Xarbank.
Ftit ħin wara li għada Adrian Deila jsir Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia se jkun f'Xarbank live flimkien ma' martu Nickie Vella De Fremeaux.

"Aħna konna sfortunati li ma kienx hemm Xarabank meta kienet qed tiġri l-istorja tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, għalkemm segwejnieha fuq l-onlajn ta' Xarabank stess. Iżda issa fortunati għax b'kumbinazzjoni, kif ġew l-affarijiet, Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni se jkun b'mod esklussiv fl-ewwel dehra tiegħu f'Xarabank," jgħidilna Peppi Azzopardi.

"Meta kien sar Joseph Muscat mexxej wkoll konna fortunati li kien ġie elett Mexxej tal-Partit Laburista proprju waqt li kien għaddej Xarabank u kellna l-ewwel kumment tiegħu bħala mexxej dak il-ħin stess, live. Niftakar konna stedinieh live biex ikun f'Xarabank speċjali l-Ġimgħa ta' wara," jispjegalna Peppi.

Il-mara ta' Adrian, Nickie Vella De Fremeaux, se tkun live u se titkellem għall-ewwel darba dwar din l-esperjenza.

Peppi ltaqa' magħha bi preparazzjoni għall-programm.

"Meta tiltaqa' ma' Nickie tisma' minn xiex għaddiet din il-familja u minn xiex jgħaddu l-familji li jispiċċaw għall-iskrutinji tan-nies," jgħid Peppi. "Aħna nafu lil Nickie ġo Xarabank u fuq Facebook u nafu kemm hi mara tal-punt u l-ħin kollu titkellem kontra l-inġustizzji. Allura s-skiet tagħha kien jinħass. Għada Nickie titkellem għall-ewwel darba fuq dak li għaddiet minnu," iżid jgħid.



Mark Laurence Zammit jgħid kif għal dawn l-aħħar ġimagħtejn parti mit-tim ħadem biex inkunu nistgħu nwasslu programm differenti fuq mexxej ġdid f'pajjiżna.

'Bħalma nagħmlu ma' kull prim ministru, kap tal-oppożizzjoni, presidenti, isqfijiet, aħna nagħmlu programm speċjali li niddedikawh lill-mexxej il-ġdid jew ġdida. Nippruvaw nieħdu angoli differenti u nagħfsu l-iktar fuq l-umanità tal-persuna u l-familja tiegħu jew tagħha," jgħid Mark.

Mark Laurence Zammit jirrakkonta kif kienet l-esperjenza tad-Day in the Life ma' Adrian Delia u l-familja tiegħu.

"Sbaħna hemm xis-7:30am u ħadna t-te ma' Dr. Delia, imbagħad qamu l-ħames uliedhom u niżlet ukoll Nickie u bdiet il-ġurnata... differenti għax familja kbira u sibna ħafna mumenti ħelwin u anke tad-daħk li se nuru għada waqt Xarabank," jgħid Mark.

Ritratt: Newsbook.com.mt
Muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud

No comments:

Post a Comment