best deal

Thursday, 19 October 2017

BIL-FILMAT: Il-ġurnalisti Maltin wara Daphne Caruana Galizia


Ġurnalisti Maltin ingħaqdu flimkien wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.


Faċċata tal-Parlament, il-ġurnalisti, fosthom it-tim ta’ Xarabank, ingħaqdu biex juru sobgħa għall-qtil ta’ Caruana Galizia u biex jitwassal il-messaġġ li dan l-attakk mhux se jintimida din il-professjoni tagħhom.

Filwaqt li wrew is-solidarjeta’ tagħhom mal-familja ta’ Caruana Galizia, ikkundannaw dan l-att barbaru li ħakem il-ħajja tal-ġurnalista, kollega tagħna.

Bil-kartelluni f’idejhom li fuqhom kien hemm kliem bħal liberta’ tal-espressjoni, demokrazija u ġustizzja, il-ġurnalisti mxew minn quddiem il-Parlament sa quddiem il-Qorti.

Għaldaqstant l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ressaq rikors biex is-sorsi, informazzjoni u dejta kunfidenzjali li kellha Daphne Caruana Galizi jiġu protetti inkluż kull element li jista’ jikxef sors miġbur minn apart diġitali.

Għada, Xarabank se jitkellem dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.


Fosthom se jkollna raġel li ra kollox u li se jirrakkonta. Se jkollna l-esperti forensiċi li se jitkellmu dwar din l-isplużjoni u l-investigazzjoni. Se jkollna wkoll diskussjoni u fost il-mistiedna se jkollna lil Lou Bondi, lil Saviour Balzan u lil Pierre Portelli.


Filmat u muntaġġ: Xandru Azzopardi

No comments:

Post a Comment