Emanuel Camilleri huwa l-missier li kien akkużat li abbuża sesswalment minn bintu. L-istorja li nqalgħet fuqu kienet gidba, u wara taqtiegħa sħiħa fil-qrati Maltin, dil-ġimgħa tneħħa mir-reġistru tal-pedofeli.
Xarabank kien hemm ma' Emanuel mill-bidu nett tal-każ, u eżatt malli tneħħa mir-reġistru, aħna erġajna konna hemm miegħu. Dak il-ħin qalilna li jħossu bniedem li reġa' twieled mill-ġdid.
Fl-2002, Emanuel
kien akkużat li abbuża sesswalment minn bintu. Emanuel kien sostna li din kienet gidba u kien
ġie l-uffiċċju ta’ Xarabank biex jiltaqa’ ma’ Peppi Azzopardi. Peppi emmnu u
kien għamillu intervista. Emanuel kien weħel sena ħabs imma kienet it-tifla
tiegħu stess li qalet li missierha qatt ma messha jew abbużaha, u li kienet
ivvintat kollox għax kienet imġiegħla. Wara din ix-xhieda, Emanuel inħeles
mill-ħabs iżda ismu, sat-Tnejn li għadda, kien għadu jidher fuq ir-reġistru
tal-pedofeli.
Xarabank ilu
jsegwi dan il-każ sa mill-bidu nett u dan huwa biss sommarju ta’ dak li ġara. Ħa nfakkrukom l-istorja tiegħu.
Illum Emanuel
iħossu bniedem differenti. “Inħossni qisni bniedem li erġajt twelidt mill-ġdid.
Qed inħoss piż qawwi merfugħ minn fuqi. Bħal bniedem li kien qiegħed ġo gaġġa
kontra l-volontà tiegħu u reġgħet infetħet,” jistqarr Emanuel.
Ftit sigħat wara
li jitneħħa isem Emanuel minn fuq ir-reġistru tal-pedofeli, Desire tirringrazzja
lil Luke, iben Emanuel, li ġo nofs din l-istorja kollha tilef ħajtu bil-kanċer.
“Luke kien magħna l-ħin kollu. Fl-2010, Luke kien dejjem jittama li jibqa’ ħaj u jara din is-sħaba sewda fuq il-ħajja tagħna titwarrab u jkollna r-raġġi tax-xemx. Minn dejjem kien jitlobha. Kien qiegħed hemmhekk matulha kollha," qalilna Emanuel. "Kienet waħda mill-ħolmiet tiegħu li jarani illiberat. Però waħda mill-ħolmiet tiegħu kienet diġà saret realtà, dik li jkolli l-kura u l-kustodja kompletament tiegħu, u din kienet saret qabel ma miet. Sfortunatament it-tieni ħolma, li jkolli ismi nadif, kellu jaraha minn hemm fuq," ikompli Emanuel.
“Luke kien magħna l-ħin kollu. Fl-2010, Luke kien dejjem jittama li jibqa’ ħaj u jara din is-sħaba sewda fuq il-ħajja tagħna titwarrab u jkollna r-raġġi tax-xemx. Minn dejjem kien jitlobha. Kien qiegħed hemmhekk matulha kollha," qalilna Emanuel. "Kienet waħda mill-ħolmiet tiegħu li jarani illiberat. Però waħda mill-ħolmiet tiegħu kienet diġà saret realtà, dik li jkolli l-kura u l-kustodja kompletament tiegħu, u din kienet saret qabel ma miet. Sfortunatament it-tieni ħolma, li jkolli ismi nadif, kellu jaraha minn hemm fuq," ikompli Emanuel.
Issa Emanuel
jista’ jsiefer. “Aħna bħala familja qatt ma morna vaganza flimkien, ħlief sa
Għawdex u l-iktar ħaġa li tħossok rebbieħ fuq dak il-fatt li inti qisek għandek
katina ma’ saqajk. Tħossok li qisek qed tiġi kmandat, avolja taf li ma għamilt
xejn. Issa l-katina nfetħet taret u qed inħossni għasfur b’gaġġa miftuħa.”
Emanuel iħossu
bniedem kompletament ġdid. “Qabel kont naħbi l-uġigħ b’daħka imma llum
il-ġurnata d-daħka hija sinċiera bil-ferħ. Naħseb dik waħda mill-iktar affarijiet
differenti minn Emanuel ilbieraħ għal Emanuel tal-lum,” jispjegalna.
Xarabank għal
Emanuel ifisser ħafna. “Meta ħaddieħor ma tanix widen u ma emminx, avolja bil-provi
kollha, u litteralment fetaħli l-bieb u tefgħani ’l barra, Xarabank kien dik
l-ispalla, apparti l-familja tiegħi, u llum Xarabank ġie l-extended family tiegħi. Dejjem kien hemmhekk, tana s-sapport anke b’dik
id-daqsxejn telefonata, dejjem lesti biex jisimgħuk. Kemm-il persuna għamlitha
dik f’dan iż-żmien?” jgħidlna Emanuel.
“Nirringrazzja
lill-poplu Malti u Għawdxi tas-sapport li tani tul dan iż-żmien. Ma stennejtx
dan is-sapport u llum il-ġurnata naf kemm hu poplu magħqud u naf li fejn tidħol
inġustizzja, il-poplu jaf jagħraf,” itemm jgħidilna Emanuel.
FiIlmat: Andrea Urso
Muntaġġ: Andrew Borg Carbott
FiIlmat: Andrea Urso
Muntaġġ: Andrew Borg Carbott
No comments:
Post a Comment