best deal

Wednesday, 4 October 2017

BIL-FILMAT: Iz-ziju jabbuża minn tifel fi ktieb suppost għat-tfal


Il-Ministru Evarist Bartolo jiċħad li dan il-ktieb tqassam jew se jitqassam fl-iskejjel.

Gordon John Manche, il-Pastor ta’ River of Lover, tella’ post fuq Facebook fejn stieden lill-ġenituri biex jaraw jekk dan il-ktieb qed jitqassimx lit-tfal. Dan il-ktieb juri “ziju” u tifel f’sodda u t-tifel jidher abbużat miz-ziju. Manche jwissi: “Oqogħdu attenti ħafna b’xi kotba li qed jitqassmu għat-tfal tagħkom fl-iskejjel. Ikompli jgħid li dan huwa pedofelija u perverżjoni sfaċċata.



Aħna ċċekkjajna u sibna li:
  1. Mhux veru li dan il-ktieb qed jitqassam fl-iskejjel. Tkellimna mal-Ministru Evarist Bartolo li qalilna li la tqassam u lanqas se jitqassam fl-iskejjel.
  2. Il-ktieb li nkiteb minn Richard Cohen, jemmen li l-omosesswalita’ hija marda, li mhijiex naturali u tista’ tfieq minnha
  3. Dan il-ktieb li bih qed ibeżża’ Manche huwa ktieb li jwassal il-messaġġ li jekk tkun gay tista’ tfiq, għax li tkun gay hija marda.
  4. Meta taqra l-ktieb kollu ssib illi l-ktieb jimplika li t-tifel li kien abbużat miz-ziju gay beda jħossu gay għax missieru ma tax kasu meta kien żgħir. L-istorja tkompli li meta jmorru għand il-Councillor din tgħid lil missier biex ikun iktar preżenti u għaġeb tal-għeġubijiet meta l-missier jgħaddi żmien mat-tifel, it-tifel ma jibqax iħossu gay, jikber u jiżżewweġ u jkollu żewġ ulied.
Dan huwa ktieb mill-iżjed oxxen u jmur kontra l-ispirtu tal-liġi li daħlet dan l-aħħar li tipprojbixxi l-Conversion Therapy, jiġifieri ħadd ma jista' jikkonverti persuni omossesswali għall-persuni straight għax li tkun omosesswali hija meqjusa bħala naturali u l-konverżjoni hija abbuż sfaċċat kontra n-natura. 

Għalhekk il-ġenituri jistgħu jserrħu rashom li dan il-ktieb la qiegħed fl-iskejjel, la se jitqassam fl-iskejjel u lanqas qiegħed fil-libreriji.

 


Aħna tkellimna ma' Gordon Manche li qalilna: "Praise the Lord li qed tgħidli li la tqassam u li mhux se jitqassam fl-iskejjel. Li ma jitqassamx f'Malta mhux bilfors neċessarjament tajjeb. Dan għaliex il-prinċipju tal-ktieb huwa tajjeb minħabba li jgħid li n-nies li jibdew jaħsbu li huma gays, jaħsbu hekk għax ikunu abbużati meta jkunu żgħar. Fil-fatti studjużi u riċerki jgħidu li 70% tan-nies li jaħsbu li huma gays ikunu abbużati meta jkunu għadhom żgħar. Il-biċċa xogħol hi li peress li għandu ċertu kliem grafiku, għat-tfal li ma jkunux esposti għal dawk l-affarijiet, jista' jkun ta' skandlu għalihom minflok ta' għajnuna. Li jkun mogħti mill-ġenituri mhux ħaġa ħażina imma m'għandux jingħata lil tfal ta' 5 snin, 6 snin jew 7 snin għax ikunu żgħar wisq. Però bħala suġġett edukattiv naqbel. Il-prinċipju u l-kontenut naqbel miegħu 100%."


Dwar dan aħna tkellimna ma' Gabi Calleja, il-Koordinatriċi tal-Malta LGBTIQ Rights Movement. "Dan il-ktieb jipprova jagħmel diversi asserzjonijiet foloz. Fosthom illi li tkun gay mhijiex orjentazzjoni sesswali normali u tal-istess valur daqs l-eterosesswalità iżda xi kundizzjoni li tesperjenza minħabba xi forma ta' abbuż li tifel jew tifla ssofri, jew minħabba n-nuqqas ta' attenzjoni u affezzjoni min-naħa tal-ġenituri," tgħid Gabi.

Iżżid tgħid: "Din il-propoganda fil-forma ta' ktieb immirat lejn it-tfal tikser il-liġi Maltija li tipproteġi lill-persuni LGBTIQ. Il-liġi (Att 567) tafferma li kull orjentazzjoni sesswali u identità jew espressjoni tal-ġeneru ma tikkonstitwixxi diżordni, marda, defiċjenza, diżabbiltà u/jew nuqqas ieħor. Il-liġi tipprojbixxi prattiċi ta' konverżjoni li jinkludu kwalunkwe trattament, prattika jew sforz sostnut li l-għan tiegħu hu dak illi jibdel, irażżan u/jew jelimina l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u/jew l-espressjoni tal-ġeneru ta' persuna."

Ittemm tgħid: "Il-fatt li għad hawn min isostni illi persuna tidentifika bħala LGBTIQ minħabba xi forma ta' abbuż jew nuqqas min-naħa tal-ġenituri huwa mhux biss qarrieqi u jista' jwassal li ssir ħsara lil tfal u żgħażagħ LGBTIQ, kif ukoll sofferenza lill-ġenituri, iżda hija wkoll illegali."

2 comments:

  1. B'referenza ghas-sitt paragrafu, fejn jigi kkwotat Manche:

    Dan bis-serjeta?!?! Dan jaf x'inhu jghid? Nixtieq inkun naf fliema alla jemmen jien, ghax l-erezijiet u c-cucati li jghid ibelhuk! :O

    ReplyDelete
  2. fl Alla ta missirijietna... imma by the way, hlief praise the Lord ma semmiex lil Alla fil kumment... Mr/Mrs unknown

    ReplyDelete