best deal

Friday, 27 October 2017

BIL-FILMAT: Kull mara, kull xahar, għandha tagħmel dan


Dan li ġej, aħna n-nisa li għandna 'l fuq minn 20 sena, irridu nagħmluh darba fix-xahar. Kemm jista' jkun tkun l-istess ġurnata fix-xahar.



F'dan il-filmat, mudella se tkun qed tindika bl-eżatt xi trid tagħmel meta tkun qed tiċċekkja sidrek.

L-ewwel li għandek tagħmel meta tiċċekkja sidrek hu li tmur quddiem mera u tniżżel idejk isfel. U mbagħad tibda tiċċekkja jekk sidrek, mix-xahar l-ieħor 'l hawn kienx hemm xi tibdil.

It-tieni pass huwa li tpoġġi idejk ħdejn qaddek, tagħfas 'il ġewwa u bl-istess mod tibda tfittex għal tibdil li fittixt fuq l-ewwel pass.

It-tielet pass huwa li tiċċekkja l-istess tibdil fil-mera imma din id-darba b'idejk 'il fuq.

Ir-raba' pass huwa li timtedd fuq sodda u tiċċekkja sidrek meta inti tkun minduda.

Għad-dettalji ta' kull pass, ara l-filmat li se jispjegalek x'għandek tagħmel:

Filmat u muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud

No comments:

Post a Comment