Dan Andrea,
suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta. Ftit jiem ilu, Andrea jsalva lil Alexandra
li kienet qed tegħreq waqt li hu kien off-duty.
“Konna qed nipprattikaw
is-surfing f’ġurnata li kienet
pjuttost normali. Jien u ħiereġ bdejt
ninduna li hemm persuna, li hi Alexandra, li nqabdet fl-istess kurrent li
ħiereġ jien miegħu,” jispjegalna Andrea.
Alexandra
tirrakkonta kif sabet ruħha f’diffikultà. “Kont qed ngħum u f’daqqa waħda ma
stajtx immiss saqajja mar-ramel. Il-mewġ beda jeħodni ’l barra. Bdejt nipprova
ngħum lejn ix-xatt imma kienet inutli għax weħilt f’post wieħed. Bdejt ngħejja
u bdejt naħli l-enerġija. Imbagħad rajt xi surfers, fosthom lil Andrea u bdejt inxejrilhom u nagħmillhom sinjal biex
nara jekk jistgħux jgħinuni għax forsi kont fil-periklu.”
Andrea jaraha u
jgħum sa ħdejja. “Meta saqsejtha jekk hux alright
u għala qed tuża l-istess kurrent li konna qed nużawh aħna, qaltli li qed tbati
biex tidħol ’il ġewwa. Peress li kelli l-board,
offrejtilha l-board tiegħi, inżilt
jiena minn fuqha, hi telgħet biex tistrieħ u użajt l-istess sistema tal-mewġ
biex nidħlu ’l ġewwa.”
Alexandra ma
tiqafx tirringrazzja lil Andrea talli salvaha. “Diġà għedtlu ħafna drabi li veru
grata li salvani għaliex kieku ma kienx hu, kienet tispiċċa agħar l-istorja.
Allura vera kuntenta li kien hemm u li għenni. Għedtlu li nafek pizza u birra.”
Filmat: Andrew Borg Carbott
Muntaġġ: Andrea Urso
No comments:
Post a Comment