Jekk dalgħodu ma indunajtx li l-kartuna tal-ħalib inbidlet, għadek ma qomtx.
Hekk hu, il-Benna għandha logo ġdid, kartun kompletament differenti għall-ħalib kollu u prodotti ġodda. Il-ħalib issa ma għadekx trid tiftħu (u kultant tiftħu ħażin) imma għamlulu tapp. Għandhom il-milkshake tal-coconut.
Għandhom ukoll:
1) Il-butir pur
2) Il-ġobon Malti tar-raħħal
3) L-irkotta bla lattosju (lactose free)
4) Il-ħalib frisk bla lattosju (lactose free)
1) Ta' xiex inhu l-milkshake l-ġdid tal-Benna?
2) Baqra kemm tixrob kuljum?
3) Xi kemm tiżen baqra?
4) Baqra kemm tagħti ħalib kuljum?
5) Kemm hawn baqar tal-ħalib f'Malta u Għawdex?
6) Kemm-il farm tal-baqar hawn f'Malta u Għawdex?
7) Baqra x'tixrob?
Araw kif irrispondewna:
Issa jekk illum xtajt imqar prodott wieħed tal-Benna, stajt tinduna li l-logo m'għadux l-istess. Fil-fatt, il-logo l-ġdid għandu l-elementi ta' disinji antiki iżda nbidel għal dehra aktar moderna biex il-kumpanija turi li qiegħda tħares lejn il-futur.
Se tara wkoll li minbarra l-logo, inbidel ukoll il-kartun tal-ħalib kollu. Filwaqt li nżamm il-kulur tradizzjonali assoċjat ma' kull ħalib differenti, jispikkaw il-polka-dots, il-linji u t-tappijiet. B'hekk il-ħalib mhux se tibqa' tiftħu bħas-soltu!
Il-Benna introduċiet ukoll prodotti ġodda; il-butir pur, il-ġobon Malti tar-raħħal, l-irkotta bla lattosju, il-milkshake tal-coconut u l-ħalib frisk bla lattosju.
Mal-prodotti se tilmaħ wkoll l-marka Farmer Owned. Il-kunċett warajha huwa l-ħarsien tul il-vjaġġ kollu li jgħaddi minnu l-ħalib biex mill-baqra jasal fuq il-mejda tal-konsumatur. Il-prodotti kollha tal-Benna huma magħmulin minn ħalib frisk li huwa Malti 100% u li joriġina minn raħħala li huma s-sidien tal-kumpanija tal-ħalib Malta Dairy Products. Għalhekk, inti tista’ taċċerta ruħek li l-prodotti magħmulin mill-ħalib frisk tal-Benna huma magħmulin mill-ħalib tal-baqra tal-ogħla kwalitaˋ.
Barra minn hekk, il-Malta Dairy Products ħabbret investiment kapitali ta' €3 miljuni f'aktar impjanti u makkinarji. Dan se jagħti lok lill-kumpanija biex tkompli tipproduċi prodotti ta' kwalità għolja u tidħol fis-swieq li tiftaħ toroq ġodda għall-industrija tal-ħalib lokali.
Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat inawgura din is-serata. Qal li: "Benna tiddefinixxi l-loġiku. Hija magħmula minn kooperattiva ta' raħħala u xorta jirnexxilna tikkompeti ma' ditti b'saħħithom u multinazzjonali."
X'jidhirlek mid-dehriet u l-prodotti l-ġodda tal-Benna?
No comments:
Post a Comment