
Żewġ persuni li taw id-donazzjonijiet tagħhom waqt Xarabank li ttella' b'risq ALS Malta se jiftħu d-dar għall-pazjenti bl-ALS.
Nhar l-Erbgħa li ġej din id-dar se tiġi inawgurata wkoll minn Bjorn mill-Prim Ministru u l-Arċisqof ta' Malta, grazzi għad-donazzjonijiet tagħkom. U aħna morna għand Bjorn li tella' żewġ persuni bix-xorti u ċemplilhom biex jgħidilhom li se jawguraw din id-dar.
F'Marzu li għadda, inġabru €900,441 b'risq Borjn u ALS Malta li qegħdin jintużaw biex fost l-oħrajn, Bjorn iwettaq il-ħolma li tinbena din id-dar. Din id-dar għandha l-faċilitajiet kollha u t-tekonoloġija neċessarja biex persuni b'din il-marda jkunu jistgħu jgħixu ħajja pjaċevoli u indipendenti b'dinjità. Fost oħrajn, l-appliances, il-bibien u l-kompjuters f'din id-dar se tkun tista' tħaddimhom b'għajnejk.
Waqt dan il-programm ġew għexieren ta' nies bid-donazzjonijiet tagħhom u mijiet oħra taw donazzjonijiet ta' €300 jew aktar biex jgħinu lil Bjorn jibni din id-dar, u biex jirrikonoxxi dan il-ġest sabiħ, Bjorn kiteb l-ismijiet ta' dawn in-nies fuq il-madum tad-dar.
Bjorn jirringrazzjakom talli bl-għajnuna tagħkom din il-ħolm se ssir realtà nhar l-Erbgħa li ġej.
Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, idħol hawn.
Filmati: Xandru Azzopardi u Mandy Micallef Grimaud
Muntaġġ: Andrew Borg Carbott
No comments:
Post a Comment