Friday, 20 October 2017
Daphne Caruana Galizia tibgħat messaġġ lill-Avukat tagħha jiem qabel ma nqatlet
Daphne Caruana Galizia bagħtet żewġ messaġi lill-Avukat tagħha li jistgħu jgħinu fl-investigazzjoni tal-qtil.
F'Xarabank, l-Avukat Roberto Montalto spjega li Daphne Caruana Galizia kienet ilha tibgħatlu biex tiltaqa' miegħu iżda minħabba li kien fil-Qorti ma setax ikellimha.
Qal li kienet differenti mis-soltu għax qaltlu li qiegħda l-Belt u li se tibqa' tistennieh. Żied jgħid li din ma kinitx tagħmilha meta kienet tfittxu għal parir u ma kinitx tippersisti jekk ma kienx jista' jirrispondiha.
Stqarr li ma jistax jgħid jekk it-talba biex jiltaqgħu hijiex marbuta mal-qtil. Filwaqt li ma zvelax il-messaġġi, temm billi qal li l-messaġġi tahom lill-Pulizija.
Ritratt: Andrew Borg Carbott
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment