best deal

Tuesday, 10 October 2017

Daqshekk blazers, qomos u ingravajjet fil-Kulleġġ ta' Stella Maris


L-istudenti tal-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira warrbu l-blazers, il-qomos u l-ingravajjet!


Fil-ġimgħat li għaddew, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo tella' post fejn staqsa lin-nies x'jaħsbu dwar l-idea li t-tfal jibdew imorru l-iskola bit-tracksuit pulita minflok b'uniformi.

Ħafna kienu dawk li qablu li t-tfal m'għandhomx jintbagħtu b'uniformi pulita. Fil-fatt, il-Kulleġġ ta' Stella Maris ħa l-inizjattiva u ħaseb minn qabel.

Minn din is-sena skolastika li għadha kif bdiet, il-Kulleġġ nieda uniformi ġdida li hi differenti minn tas-soltu għax tneħħew il-blazers, il-qomos u l-ingravajet. Minflok, l-istudenti issa qed jilbsu ħwejjeġ iktar komdi u addatti aktar għaż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum.

Għalhekk, l-istudenti li jattendu dan il-kulleġġ għandhom uniformijiet iktar friski fis-sajf u iktar komdi fix-xitwa.

Il-Kulleġġ jappella lill-iskejjel biex jimxu fuq il-passi tiegħu u jibdew it-triq lejn riforma serja fl-uniformijiet tat-tfal.

Inti taqbel lit-tfal għandhom jilbsu uniformi pulita? Ikkummenta.

4 comments:

  1. Prosit Stella Maris pero' dik ghandha tkun ghal bniet ukoll. Qalziet twiel jew shorts ghax jekk jilbsu dublet xorta iridu jilbsu tghits. Din ta' dublet, l-ingravati u glekkijiet hi antikwata u stretta hi uniformi ta' dittatura. Mhux komda u f'certu kazi hi tal-misthija. Trid tkun ghalliem biex tifhem ghaliex. Importnati li jzommu track suit u flokijiet nodfa u l-istudenti jikbru jkunu deligenti u ta respet. Huma stess qed jibnu socjeta b'valuri. Huma futur ta' ghada. L-iskola tibda mid-dar u postijiet ta divertiment. l-iskola hi workshop u fejn tkabbar talenyi tieghek mhux bil-maqlub. L-iskola hi ghalqa ta' gharfin fejn tikber u titghalem isier - Nurturer u edukatur inti inifsek fejn tizra u saqqi - fejn thawwel l-gherf post fejn tista tkattar dak li Alla nisel fik. Ma l-ghalliema tikber ghal gid uman - worthwhile. Sliem!

    ReplyDelete
  2. Nippreferi track suit pulita u jkunu komdi

    ReplyDelete
  3. The students of the new Malta Visual Performing Arts school (MVPA) also wear no blazers or shirts. They wear a comfortable tracksuit which makes them feel comfortable and free to move on a daily basis. They are still self-disciplined and respectful students enthusiastic for school every day. As the Head of the MVPA school, l feel this should be the way forward for all schools.

    ReplyDelete
  4. It tfal ikunu iktar komdi bil tracksuit jalla tithol ukoll iskola middle school tan naxxar

    ReplyDelete