Eluf ta' nies inġabru biex isellmu lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia llejla f'Tas-Sliema, ħames sigħat biss wara li nqatlet b'bomba fil-karozza tagħha ftit metri bogħod mid-dar tagħha.
Kien għall-ħabta tat-15:00 meta Daphne Caruana Galizia nqatlet wara li splodiet il-karozza tagħha.
Filwaqt li l-awtoritajiet urew id-dispjaċir tagħhom u kkundannaw dan il-qtil, eluf ta' nies inġabru f'din il-vġili llejla.
Din bdiet fit-8:30pm u spiċċat quddiem il-monument tal-Love San Ġiljan bil-kant tal-Innu Malti li ngħalaq b'ċapċipa.
Ritratti: Xandru Azzopardi
No comments:
Post a Comment