best deal

Monday, 30 October 2017

Il-midja mhijiex milqugħa fil-funeral ta' Daphne Caruana Galizia


Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia, tistqarr li l-familja ma awtorizzatx il-preżenza tal-midja fil-funeral ta' Daphne.


F'post fuq Facebook qalet li l-uniċi nies li jistgħu jawtorizzaw biex jagħmlu tħabbira uffiċjali huma l-membri tal-familja u l-ebda tħabbira uffiċjali ma ntqalet issa. Żiedet tgħid li l-funeral mhux se jixxandar live u l-familja ma awtorizzatx il-preżenza tal-ebda midja fil-knisja u d-difna se tkun privata. Qalet li l-preżenza tal-midja fil-funeral jew waqt id-difna mhijiex mixtieqa, mhux iġġustifikata u mhux awtorizzata. Temmet tgħid li kwalunkwe informazzjoni għall-kuntrarju hija żbaljata, mhux uffiċjali, u toffendi profondament lill-familja tagħna.


No comments:

Post a Comment