Il-Papa Franġisku bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba ta' Daphne Caruana Galizia.
F'telegramma, mibgħuta lill-Arċisqof Charles J Scicluna, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin stqarr li l-Papa jaf b'dak li ġara f'pajjiżna u jinsab qrib il-poplu Malti f'dan il-mument diffiċli. Żied jgħid li l-Papa qed jitlob għall-mistrieħ ta' dejjem ta' Daphne Caruana Galizia u għall-barka ta' Alla fuq il-poplu Malti.
No comments:
Post a Comment