best deal

Friday, 13 October 2017

"Illum għandi fotokopja tagħha" - Missier li tilef waħda mit-tewmin tiegħu



Dan Tony, is-sajjied li lemaħ lil Mark u lil Nick - iż-żewġ żgħażagħ li għamlu erbat ijiem mitlufa.


Tony ukoll għandu storja kbira għax 25 sena ilu tilef waħda mit-tewmin tiegħu f'inċident ikrah tat-traffiku.

Tony jirrakkonta, "Kien is-7 t'Awwissu, il-Ġimgħa, ġurnata qabel il-birthday tal-mara. Kont tiela' l-Armier u kelli t-tfal fuq il-car seats, lil Lynn u lil Greta, u lil Janice fin-nofs. Kont qed insuq fi triq tal-Balala u kien hemm żewġt aħwa f'karozza u baqgħet dieħla head one fuqi. Qatluli t-tifla ta' 10 xhur, waħda mit-tewmin. Ħaduha l-isptar u l-magni bdew iżommuha ħajja imma mbagħad wara tmintax-il ġurnata mietet. Illum ngħid li għandi anġlu fis-sema."

Itemm jgħidilna: "Tant kienu identiċi li ma kontx nagħrafhom imma l-mara kienet tagħrafhom. Illum għandi fotokopja tagħha. Għandi lil Lynn. Għandha 25 sena u meta nara lilha, niftakar fiha."

No comments:

Post a Comment