best deal

Friday, 13 October 2017

AĠĠORNATA: Nitkellmu man-neputi ta' Alfred




AĠĠORNATA:


Stefan, in-neputi ta’ Alfred, jgħidilna li lil nannuh dejjem jiftakru bħala bniedem li jpoġġi l-interessi ta' ħaddieħor, qabel tiegħu.


Stefan jistqarr: “In-nannu Alfred dejjem niftakru bniedem attiv li jaħseb f’ħaddieħor qabel ma jaħseb fl-interessi tiegħu. Is-simbolu tal-imħabba lejn il-proxxmu kienet tidher fl-għaqda li huwa stess kien waqqaf wara t-trapjant. Huwa bniedem li wara li għadda minn martirju, minflok qal, “Issa striħajt bit-trapjant”, waqqaf grupp biex kull min għaddej mill-istess martirju, ikollu l-appoġġ. Apparti dan huwa kien qajjem kuxjenza kbira dwar il-bżonn li l-Maltin jirreġistraw bħala donaturi tal-organi. Dan l-attiviżmu wassal biex il-liġi anke tinbidel biex ikun hemm reġistru tal-organi nazzjonali. F'dawn l-aħħar snin kien hawn moviment kbir biex il-popolazzjoni ta’ Malta tkun fost l-aktar b'persentaġġ għoli ta’ donaturi. Dan jgħin lil kull min qed jistenna xi organu biex isib l-għajnuna meħtieġa.”



QABEL:

Imut Alfred Debattista, wieħed mill-ewwel persuni f'Malta li għamel trapjant tal-qalb.

Alfred kien ingħata il-qalb ta' George Sultana, żagħżugħ ta' 17-il sena li kien tilef ħajtu traġikament. 

Lil Alfred kienu qalulu li jekk ma jingħatax qalb, baqagħlu biss sitt xhur ħajja. Pero' Alfred irnexxielu jibqa' ħaj għal sentejn oħra huwa u jistenna qalb oħra. 

George ma kellux d-doner card imma ommu kienet qalet lit-tobba li binha minn dejjem wera x-xewqa li jsalva l-ħajja ta' ħaddieħor wara li jmut. Bis-saħħa ta' George, Alfred baqa' ħaj.

Wara li għadda minn dan it-trapjant, Alfred kien waqqaf it-Transplant Support Group u sal-aħħar baqa' jaħdem biex in-nies iħallu l-organi warajhom.

Min jixtieq jagħti l-organi tiegħu jew tagħha wara l-mewt jista’ jagħmel kuntatt permezz tas-sit transplantsupport.com.mt

Ritratt tal-faċċata: Times of Malta

No comments:

Post a Comment