Insellmu lil Jerome bil-poeżija li kiteb Peppi Azzopardi.
Jerome jiena ma nifhmekx
Jerome ma nistax nifhem
Kif saħħtek tmur għall-agħar
U xorta kont tmur tgħinhom
Lit-tfal ġewwa l-isptar
Jerome pprova fehemni
Kif kont titlob f'Ta' Pinu
Flok hekk titlob għal saħħtek
Kont titlob għal Puttinu
Jerom għid, kif tagħmilha
Jiena b'riħ u se jgħaddili
Flok nagħmel kuraġġ lilek
Inti tagħmel kuraġġ lili
Jerome spjegali naqra
Kif qatt ma gergirt f'xejn
Bqajt tfaħħar lill-Mulej
Jerome ma nistax nemmen
Kif inti l-eroj tagħna
Dagħodu tlaqt għal dejjem
Jew inti se tibqa' magħna?
Jerome se tibqa' magħna
U m'int sejjer imkien
Għax i-valuri tiegħek
Inġorrhom kullimkien
No comments:
Post a Comment