
Raġel jirrakkonta kif il-Forzi Armati ta' Malta daħlu fih, ma ammettewx it-tort, u hu baqa' b'xejn.
"F'Lulju li għadda kont qiegħed fit-traffiku f'Burmarrad u daħal ġo fija land rover tas-suldati li baqa' sejra. Għall-grazzja t'Alla ma weġġajtx, imma bid-daqqa stess dħalt ġo ħajt u l-karozza nkisret miż-żewġ naħat. Bqajt sejjer nagħmel rapport l-għassa tal-Qawra u l-għada bagħtu għalija l-għassa tal-Mosta," jgħidilna r-raġel.
Minkejja li s-suldata li ħabtet fih tiskuża ruħha, it-tort jintefa' fuq ir-raġel. "Fl-għassa kien hemm is-suldata li ħabtet fija. Qaltli, 'Skużana għax konna fuq emerġenza.' Jiena għedtilha, 'Ma ġara xejn, l-aqwa li weġġajtx dak il-ħin.' Kien hemm xi ħaddieħor magħha, li tani karta biex nagħtiha lil tal-insurance. Għaddew xi xahrejn u qaluli biex inqabbad avukat għax mhux jammettu t-tort. Issa qed jgħidu li jien bqajt fin-nofs, meta jiena kont wieqaf wara t-traffiku. Issa la nista' ngħaddiha mill-VRT il-karozza, ingħalqitli l-liċenzja u din il-karozza, li xtrajtha f'April li għadda, lanqas tiswa €500 kif inhi," jispjegalna r-raġel.
Itemm jgħidilna, "Jiena għax ħaddiem u ma għandix saħħa se nibqa' b'xejn. Għaliex mela skużat ruħha? Din inġustizzja u nixtieq li l-awtoritajiet responsabbli jieħdu azzjoni fuqha."
Ritratt: Tvm
This comment has been removed by the author.
ReplyDelete