best deal

Wednesday, 18 October 2017

Jacob jiddaħħal l-isptar



Jacob, magħruf bħala t-Titanium Man, jiddaħħal l-isptar.


Fuq Facebook, ommu Sarah tistqarr li l-iscans wrew akkumulazzjoni ta' ftit demm fil-moħħ (slight brain bleed). "It-tobba qed jaħsbu li kellu attakk ta' epilesija (seizure) waqt l-irqad, f'ħin minnhom, jew fil-ġimgħat li għaddew. B'hekk żiedulu l-medikazzjoni u żammewh għall-osservazzjoni u għat-testijiet. 

"Inħarsu lejn il-pożittiv, m'hemmx infezzjoni u d-demm qed jiġi kkontrollat. Aħna qed nippruvaw inżommu l-affarijiet kemm jista' jkun normali. Se nqatta' l-iljieli maġenbu ħdejn is-sodda u Sammy matul il-ġurnata fil-ħin meta nkun qiegħda l-ħanut (se nżommuh miftuħ fuq l-insistenza ta' Jacob). Kif qed taraw mir-ritratt, qiegħed ma' oħtu, jiċċajta bħas-soltu b'dik it-tbissima fuq wiċċu li serqet il-qalb tal-Malta," tikteb Sarah.




Jacob kellu infezzjoni fil-moħħ li kważi qatlitu u wara din l-esperjenza, ommu kienet waqfet l-għaqda Survivors Malta biex jagħtu ispirazzjoni lil min hu marid.


Fix-xhur li għaddew, Jacob fetaħ il-kafetterija Jacob’s Brew, xewqa kbira li kellu.

No comments:

Post a Comment