Raġel jeħel xahar ħabs għalxejn wara li nstab ħati li naqas milli jagħti l-manteniment lill-eksmara tiegħu. F'idejn għandna provi ċari ta' dokumenti li juru li r-raġel kien ħallas il-manteniment kollu u li dawn l-istess dokumenti kienu quddiem il-Maġistrat qabel ingħata s-sentenza ta' xahar ħabs. Xahar ħabs bla ebda ħtija.
Dan ir-raġel, li ilu għaddej bil-każ tas-separazzjoni għal dawn l-aħħar 7 snin, instab ħati li naqas milli jagħti l-manteniment. "Irċevejt taħrika li tgħid li jiena nqast milli nagħti l-manteniment għax-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu li għadda, ta' €250 kull xahar lill-eksmara tiegħi," jispjegalna r-raġel.
Min-naħa tiegħu r-raġel isostni li huwa kien taha l-manteniment.
"Il-manteniment għal dawn ix-xhur tajthulha u kont ħallastha bil-quddiem.
Fil-fatt f'Diċembru kont tajtha €500 li jkopru x-xhur ta'
Jannar u Frar, u f'Marzu tajtha €500 li jkopru dak ix-xahar u x-xahar t'April,"
jgħidilna r-raġel waqt li ppreżentalna t-tranżizzjonijiet tal-bank.” Dawn id-dokumenti originali kollha qegħdin f'idejna u juru li dan ir-raġel ħallas
il-manteniment.
Il-ġimgħa li għaddiet huwa kellu jidher il-Qorti biex iwieġeb
għall-akkużi miġjuba kontrih. "Tlajt il-Qorti u ġibt il-provi miegħi,
billi ppreżentajt t-tranżizzjonijiet oriġinali tal-bank. Però spiċċajt neħel xahar ħabs," jistqarr ir-raġel huwa u jurina
t-tranżizzjonijiet. Dan ir-ragel mhux biss weħel xahar ħabs iżda s-sentenza ma
kinitx xahar ħabs sospiża imma xahar ħabs effettiv.
Jekk ma jinstabx rimedju immedjat dan ir-raġel lest, b'wiċċu
mikxuf jiġi f’Xarabank u jirrakkonta l-istorja inġusta li ġrat fil-konfront
tiegħu. “Aħna qed nistennew azzjoni immedjata biex din l-inġustizzja tissewwa,”
jgħidilna Mark Laurence Zammit, il-Maniġer ta’ Xarabank.
No comments:
Post a Comment