best deal

Friday, 13 October 2017

Jinsisti li jitneħħa ismu mir-reġistru tal-pedofeli, immedjatament


Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell, fil-każ ta' Emanuel Camilleri, li fiha l-Qorti ċaħdet kemm l-appell ta' Camilleri u kemm l-appell tal-Avukat Ġenerali, l-avukat ta' Camilleri qed jinsisti li immedjatament isem Emanuel Camilleri għandu jitneħħa minn fuq r-reġistru tal-pedofeli fejn għadu hemm sal-lum.

Jgħidilna l-Avukat ta' Emmanuel Camilleri, Tonio Azzopardi: "Issa li l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet kemm l-appell ippreżentat minn Emanuel Camilleri kif ukoll l-appell ippreżentat mill-Avukat Ġenerali, is-sentenza mogħtija mill-Ewwel Qorti li ħassret kull sentenza li biha ġie misjub ħati issa saret finali."

Ikompli Azzopardi: "Bis-sentenza tal-Imħallef Joseph R Micallef ġie ordnat li isem Emanuel Camilleri jitneħħa mir-Reġistru. Sal-lum għadu kollox kif kien. Għalhekk sar ukoll rikors fil-Qorti."

"Ta' min isemmi li Emanuel Camilleri kien instab ħati li abbuża minn bintu u weħel il-ħabs. Kienet it-tifla tiegħu stess illi qalet li missierha qatt ma missha jew abbużaha u li kienet ivvintat kollox għax kienet imġiegħla. Wara din ix-xhieda, Emmanuel Camilleri nħeles mill-ħabs iżda ismu għadu jidher fuq ir-reġistru tal-Pedofeli," Dr Tonio Azzopardi jinsisti. 





"Nittama li min-nhar it-Tnejn li ġej isem Emanuel Camilleri ma jkunx aktar fuq ir-reġistru tal-pedofeli," itemm jgħidilna Dr Azzopardi.

No comments:

Post a Comment