Il-Pulizija arrestat raġel li spara xi tiri wara li allegatament kellu argument f'Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13.30pm meta l-Pulizija u membri mir-Rapid Intervention Unit issejħu għall-assistenza fi Triq Santa Marija.
Il-Pulizija qaltilna li allegatament kien hemm argument u x'aktarx intużat arma tan-nar.
Fortunatament ħadd ma weġġa’.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
No comments:
Post a Comment