best deal

Tuesday, 24 October 2017

Jitkeċċa mill-iskola għax l-LSA u l-għalliema ma jridux jagħtuh servizz



Tifel ta' 5 snin li jbati mill-awtiżmu tkeċċa mill-iskola għaliex l-LSA u l-għalliema tiegħu ma jridux jagħtuh is-servizz tagħhom.



Omm ta' żewġt itfal li jbatu bl-awtiżimu tispjega kif binha spiċċa "abbużat" mill-iskola. "It-tifel ingħata l-istess LSA li kellu f'kinder 2 u mill-ewwel ġimgħa bdejna bil-problemi. Beda jiġini d-dar bil-qalziet, biż-żarbun u bil-kalzetti mxarrbin. Minflok ma kienet iċċempilli biex inġiblu xi ħwejjeġ ħalli ma jagħmilx ġurnata bi ħwejjeġ għasra, kienet tħallih jiġri fil-bitħa peress li ma  kienx qed joqogħdilha fil-klassi. Fl-ewwel jum tal-iskola, it-tifel minflok ġbartu mingħandha, spiċċajt ġbartu mingħand ħaddieħor għaliex riedet tirkeb il-vann biex tmur lura d-dar. Sippost t-tifel irrid niġbru mil-LSA u mhux mingħand xi ħaddieħor," tispjegalna l-omm.

L-omm tallega li l-LSA naqset ukoll milli tagħmel xogħolha. "Sippost l-LSA mill-bidu tas-sena kellha tikteb kif inhu sejjer it-tifel. Għaddiet ġimgħa u l-communication book baqa' vojt. Għedtilha diversi drabi dwaru għaliex jiena minn dan il-ktieb biss nista' nkun naf kif inhu sejjer minħabba lit-tifel tiegħi ma jitkellimx. Kien biss bi pressjoni mingħand ta' fuqha li bdiet taħdem fuqu. In-nuqqas f'xogħolha rawh ukoll tal-Inspire meta sabu li ma kellhiex il-flashcards li jintużaw biex it-tifel ikun jista' jikkomunika. Kellhom jgħaddu ġimagħtejn biex dawn saru," tgħidilna l-omm.

Però l-ikbar inkwiet tal-omm żdied meta rat li binha mhuwiex jiekol. "Indunajt li t-tifel ma kienx qed jiekol u wara nsir naf li li l-lunch kienu qed jaħbuhulu biex it-tifel ma jikolx meta jrid hu. Minħabba f'hekk it-tifel beda jbiddel l-attitudni tiegħu." Ir-rabja li beda jkollu t-tifel wasslitu biex iwaddab siġġu lil-LSA. "Minn tifel fil-klassi tiegħu, insir naf li t-tifel waddab siġġu lil-LSA u hija spiċċat qarsitu u ħarab mill-klassi. L-għada mort niċċekkja x'ġara u l-LSA qaltli li veru kien waddabilha siġġu, imma bdiet tgħidli li mhux veru li qarsitu. Mhux talli l-għalliema u l-LSA marru jgħajtu mat-tifel li kixef kollox, talli l-Kap tal-Iskola qaltli biex ma nemmnux għax qed jigdeb. Ma naħsibx li tifel ta' 5 snin jista' jivvinta gidba bħal din," issostni l-omm.




It-tifel jispiċċa mkeċċi mill-iskola. "Il-Ħamis qaluli li se jipprovaw ibidlulu l-klassi għax it-tifel kien qed jiddejjaq ukoll minħabba l-għajjat tal-għalliema, Il-Ġimgħa bagħtu għalina u l-Kap tal-Iskola qaltli li ma jistax jibqa' jattendi l-iskola, wara li r-rapport mill-MUT tal-għalliema qal li l-LSA u l-għalliema qed jirrifjutaw li jagħtu servizz lit-tifel minħabba l-aggressività tat-tifel. Qaluli li l-għażla li għandi hi li nibagħtu programm tal-Inspire, tliet darbiet fil-ġimgħa għax huma ma jistgħu jagħmluli xejn. Issa qed ibiddlu l-verżjoni," tistqarr l-omm.

L-omm kienet talbet l-għajnuna biex tinbidel LSA. "Kont tlabt l-għajnuna tal-Kap tal-Iskola biex lit-tifel ibidlulu l-LSA, iktar u iktar meta rajt li l-imġiba tat-tifel ukoll bdiet tinbidel. It-terapisti wkoll raw li f'dawn l-aħħar ħmistax ma kienx qed jaħdem tajjeb minħabba li kien qed jibki bla waqfien. Jiena ma nistax nagħlaq għajnejja għax l-ewwel sena hija importanti għat-tfal. Meta ġew jiċċekkjaw tal-LSAs, raw lit-tifel ma daħalx fil-klassi tiegħu, imma kien f'oħra u spiċċa mal-art, iħabbat wiċċu. Meta lil-LSA qalulha biex tikkalmah u biex tiġbru minn mal-art, qaltilhom li qed tibża' ma jmurx jiġri xi ħaġa lilha. Ir-risposta li ħadt mingħandhom kienet biex nagħtuha ċans ieħor u kif ma jistgħux ibiddlu l-LSA," tispjegalna l-omm.

"Qatt ma stennejt dan it-tip ta' abbuż fuq tifel ta' 5 snin minn nies li sippost tawh is-sapport. Lil ibni rrovinawh u rrid it-tweġibiet kollha għall-affarijiet kollha li għamlu lil ibni," ittemm tgħidilna l-omm.

Xarabank bagħat il-mistoqsijiet tiegħu lill-Malta Union of Teachers u lill-Ministeru tal-Edukazzjoni. 

16 comments:

  1. Jiddispjacini naqra dan l- artiklu. Jin andi it tifla b' LSA ukoll, u ninzala l kappel daqs kemm hi brava f' xoghla u twajba ma binthi.

    ReplyDelete
  2. I am reading this article with tears in my eyes. I work as an LSA and qualified to do so. I love the kids entrusted to me just like they were my own. I can only imagine the pain this mother is feeling. We are there to take care of these kids and help them.

    ReplyDelete
  3. Very easy to judge when you only hear one side of the story. True journalism would dictate interviewing the other parties as well. Cheap journalism at its best.

    ReplyDelete
    Replies
    1. This comment has been removed by the author.

      Delete
    2. ghamel xamel it tifel mux li titratah hekk u hemm ix xida dak it tifel lihor awn erba lsa (mux kolla) imorru ix xoghol biex jaqalaw il paga u alla hares ikun hemm xi hadd ma jobdix li jajdu huwma ghax hesili jaqalaw xeba punishments ecc ecc (ghax isibu lil min hu iz zar minomm u ma jsibuwx nies flok tfal bil b@jd) vera ghana bzonn isir xi haga fuq dawn lsa ax hafna minom qeddin hemm ghax hadmu xi sentejn childcare u minalijom li lahqu la;;a

      Delete
    3. Nahseb din l-omm xi wahda bhalek. Taf x'qallu ix-xiehda lit-tifel tefa s-siggu lil LSA, allura kieku laqat xi tifel iehor, x'kien jigri. Il-LSA u l-ghalliema mhux qedin hemm biex jigu msawta. Jekk joghgbok titkellimx bl-addocc. L-LSA li kien ila sena mieghu, u ommu ma qalietx li ma ridithix. Ommijiet bhalek qed jaqtghu qalb zghazagh li jidhlu ghal professjoni tal-ghalliema, issa ifirhu meta tisimghu li m'hawnx bizzejjed ghalliema ghal uliedkom.

      Delete
    4. Skuzani ha niddeffes imma Ghandi hafna hbieb LSA u d dedikazzjoni li ghandhom ta l ghageb. U l cases li jkollhom difficli immens, biss biss wahda minnhom, ghandha twins, kollox koppji!!! Pero jghiduli li jkun hemm LSAs ohra li ma jaghtux kas. It tifel mhux l ewwel darba mar skola, qatt me kellu problemi qabel ghax kieku kienu jiktbuha, nimmagina. L istess Lsa ta kinder 2 ghandu. Ma jafx jikkomunika. Ghandkom l icken idea kemm hi frustranti meta trid tispjega xi haga u xi hadd qisu ghalaqlek halqek!! Ghalhekk wasal biex waddab dak is siggu. Minix qed niggustifika l att, ghax xorta ma naqbilx. Imma anke l psikjatri qed jarghu li qed imur lura. Tghid hafna dil haga. Hawn min hu teacher tajjeb hafna imma mbaghad ma tfal hekk ma jaqblux. Imma LSA ghalhekk qeghda hemm.

      Delete
    5. Skuzani ha niddeffes imma Ghandi hafna hbieb LSA u d dedikazzjoni li ghandhom ta l ghageb. U l cases li jkollhom difficli immens, biss biss wahda minnhom, ghandha twins, kollox koppji!!! Pero jghiduli li jkun hemm LSAs ohra li ma jaghtux kas. It tifel mhux l ewwel darba mar skola, qatt me kellu problemi qabel ghax kieku kienu jiktbuha, nimmagina. L istess Lsa ta kinder 2 ghandu. Ma jafx jikkomunika. Ghandkom l icken idea kemm hi frustranti meta trid tispjega xi haga u xi hadd qisu ghalaqlek halqek!! Ghalhekk wasal biex waddab dak is siggu. Minix qed niggustifika l att, ghax xorta ma naqbilx. Imma anke l psikjatri qed jarghu li qed imur lura. Tghid hafna dil haga. Hawn min hu teacher tajjeb hafna imma mbaghad ma tfal hekk ma jaqblux. Imma LSA ghalhekk qeghda hemm.

      Delete
    6. Isadora il-habieba tieghek m'ghandiex dritt tigi tghidlek dwar it-tfal li tiehu hsieb. Mhux bilfors ghandha ragun tghid li haddiehor ma jatix kas, forsi dawn huma aktar professjonali minnha u ma joqghodux jitkellmu dwar x'jaghmlu ma l-istudenti taghhom. It-tifel ma kellux problemi ghax kien Kindergarten, fejn it-tfal ghandhom cans jilghabu u jduru mal-klassi, issa qieghed year 1, irrid ikollu structured programm. Structured programm iffisser li jrid jimxi ma timetable. Naf sew kemm ikunu frustrati dawn it-tfal, jien jhdimt maghhom, naf li jridu pacenzja, u mhabba izda l-aktar importanti li jkollu xi ftit dixxiplina. Li l-omm gergret ghax it-tifel ma jtuhx x'jiekol fi x'hin irrid juri bic-car li din l-omm qed thassar lil binha, u x-xoghol li jsir l-iskola qed jitharbat id-dar. Mhux biss tmur tiggieled l-iskola ukoll. Jien hdimt ma tfal kemm bl-awtizmu u anke dizabilitajiet ohra, meta l-genituri jimxu id f'id mal-ghalliema it-tfal igawdu u jimpruvjaw. Imma ma tistax thassar dak li qed jippruvaw jaghmlu l-iskola. Kieku ma kienetx dedikata l-LSA, kienet tohorgu mill-klassi, u thallih jaghmel li jrid. L-omm kienet tkun kuntenta, imma t-tifel ma jkunx included fl-iskola.

      Delete
  4. I think it is not fair to give one side of the story only, I am a retired LSA and found this account wanting. 1.What is the problem of the LSA leaving the child with someone else, if she had to catch the bus? The mother did not say who she left the child with, but I am sure she left him with a reliable adult. The mother did not say if she arrived late for the child, I hope she doesn't expect the LSA to wait for her if she is late. It seems this is the same LSA she had last year, I did not read that she had any complaint about her last year. I cannot understand why the parent does not leave a change of clothing for the child at school, whenever I had a child who needed frequent change of clothing, I always had extra clothes at school. With regards to the contact book, the mother is right. When it comes to lunch, children in year one do not eat their lunch whenever they feel like it, her son even if he has autism has to be trained to keep with the class timetable. With regards to flashcards, did she expect the LSA to do them out of her own pocket? Although many teachers and LSA make teaching aids from their own pocket, parents or inspire should provide the necessary flashcards. I had students who needed flashcard, some I did myself some where provided by the parents. It seems the parent did not discuss the matter with the Head, instead she went to talk to other parents and even asked other students what happened. As the head told her, children sometimes say what you want them to say, which is not necassarily the truth. I cannot understand why the parent is finding it difficult to send the child to follow a programm with inspire, the LSA would be getting more training in the process, I once had a student who used to attend Inspire and a resource centre twice a week, I learned to cope with the child and the child was happier. It seems to me that there was not enough communication between the parent and the school. With regards to the school answering Xarabank, I do not think they can do that, it is highly unprofessional for the school to write anything about their students, apart from the data protection act, do you expect them to say that the mother is unreasonable or that the child is unable to stay in class and follow the lesson even if that is the case?

    ReplyDelete
  5. Misleading title to say the least. Well done xarabank for the disserivce you are giving to the Public.

    ReplyDelete
  6. Jien ghalija dawn tfal ghandhom jigu trattati b’ottimizmu vera li mhux kull LSA ikollha it-taghlim kollu irridu nafsu fuqa din ghax dawn it-tfal ma ghandhomx futur jekk LSA ma tigiex maghlma sewwa il-potenzjal ta dawn it-tfal jinvolvi fil kwalitajiet mohbija. Bhal kant, muzika u anka tpingija irridu issiru sezzjionijiet qabel ma issir l-inkluzjoni f’l-iskejjel biex dawn johorgu u b’hekk ikun jista jigu mahduma sezzjonijiet apposta ghall individwu mal LSA. Jien ma naqbilx illi min eta zaghira dawn jigu imhalta ma tfal ohra ghax b’hekk hadd ma ser jibbenifika u wisq anqas tifel jew tifla b’awtizmu.

    ReplyDelete
  7. Din l-LSA kien ila sena mat-tifel u milli jidher l-omm qatt ma qalet xejn kontriha, mela kienet taf tiehu hsiebu. Is-sena l-ohra t-tife kien Kindergarten 2, mela din is-sena qieghed year 1. Kindergarten it-tfal ikunu aktar free, mentri year 1, iridu joqoghdu aktar attenti. L-omm donnha trid lit-tifel jibqa jaghmel bhal ma kien jaghmel is-sena l-ohra. Imma dan it-tifel ghandu bzonn jibda jitghallem izomm ma timetable, tfal b'autism aktar minn tfal ohra irrid ikollhom programm. Saf fejn naf jien anke fl-Inspire, tfal b'autism jimxu ma timetable, allura it-tifel mhux suppost jaqbad u jiekol fi x'hin irrid hu. Hawn LSAs trainjati sew, imma l-genituri jridu jifhmu li biex teduka lit-tfal trid tkun iebes maghhom biex taghallimhom (cruel to be kind). Ma jistax ikun li jaghmlu li jridu. Ghandek ragun li ghandhom ikollhom programm ghalihom, fil-fatt l-iskola issugerew li t-tifel immur jumejn l-Inspire u tlett t-ijiem l-iskola, imma l-omm ma ridietx. U milli jidher baqghet tinsisti lit-tifel jibqa fil-klassi jaghmel li jrid. U l-mistoqsija tieghi fl-ahhar mill-ahhar hi, dan huwa fair ghal shabu li waqt il-lessons ikollhom constant distractions, irridu niftakru li fil-klassi jkun hemm tfal li jidistrataw ruhhom malajr, u ma jkunux jistghu jiffolowjaw il-lezzjoni meta jkollhom tifel jiccaqlaq mal klassi l-hin kollu. It-tfal kollha ghandhom dritt jigu trattati sew, mhux it-tfal bl-awtizmu biss.

    ReplyDelete
  8. A disturbing story for sure...am looking forward to xarabank's article re that particular teacher who bought lunch for one of her kids from her own money...or that other lsa who walked home with the child in order to teach him how to cross the road (even though it was out of her way)...and members of the whole school who produce a tiring christmas panto to raise funds to buy resources for the students to learn more. Please tag me when these articles are out just in case i miss them...been waiting ages for them!

    ReplyDelete
    Replies
    1. It's beautiful when you see such dedication :) but unfortunately not appreciated :(

      Delete