Karozza b'tieqa mkissra qajmet suspett.
Ma' Xarabank kelliem għall-Pulizija qal li l-każ seħħ f'inqas minn siegħa ilu, meta ġew infurmati li hemm karozza b'tieqa mkissra fi Triq l-Ursolini l-Pieta' li qajmet suspett.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-membri tal-Forzi Armati ta' Malta u t-triq ingħalqet għat-traffiku.
Madankollu, il-Pulizija kkonfermat li s-suspetti rriżultaw fin-negattiv.
It-triq għadha magħluqa.
Ritratt: Maria Desira
No comments:
Post a Comment