best deal

Monday, 30 October 2017

"Kemm ilna hawn il-Prim Ministru ma rrikonoxxiex l-preżenza tagħna...aħna mhux ħa naqtgħu qalbna"


Il-Ħamis 26 t'Ottubru grupp kollettiv ta' nisa ltaqgħu fi pjazza Kastilja bit-tined u kkampjaw hemm sal-Ħadd.


 Qed nitolbu r-riżenja tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija
F'kumment li ħadna, waħda mill-kelliema ta' dan il-grupp, qaltilna li huma għamlu din il-protesta biex jitolbu lill-Awtoritajiet jieħdu l-passi neċessarji fuq il-karigi tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija.



Mistoqsija jekk dawn il-protesti humiex ser jieqfu, din irrispondiet billi qalet li huma mhux ser jaqtgħu qalbom u l-pressjoni mhux ser tieqaf. Kompliet billi qalet li fit-tlett ijiem li kienu ilhom quddiem Kastilja, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, ma rrikonoxxiex il-preżenza tagħhom.

Għaldaqstant kif ġie rrapportat anke fuq ġurnali oħra, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat aktar kmieni l-Ħadd filgħodu fid-diskors tiegħu fir-Rabat, qal li dan il-grupp qatt staqsa jew wera x-xewqa li jitkellem miegħu. Dr Joseph Muscat qal li hu kien u huwa lest jiltaqa' magħhom. 


AĠĠORNATA: 


Wara li l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat dalghodu qal li lest jiltaqa' man-nisa li kienu quddiem Kastilja , #OccupyJustice  in-nisa migbura quddiem Kastilja ghal dawn it-tlett ijiem ħarġu stqarrija li fiha qalu li kienet ċara biżżejjed lit-talba biex jiltaqgħu mal-Prim Ministru bdiet mill-Ħamis meta bdew jarmaw it-tined tagħhom. Dawn ikkumentaw ukoll fuq il-fatt li l-Prim Ministru għażel propju l-Ħadd biex jikkummenta u jgħid li hu lest jiltaqa' magħhom, fil-ġurnata meta telqu minn Pjazza Kastilja. Għaldaqstant #OccupyJustice qalu li l-istedina tagħhom għadha tapplika.  Lil Xarabank jirriżultalu allura li l-laqgħa mistennija ssir fil-jiem li ġejjin.







1 comment:

  1. le le .. ara taqtaw qalbkom ta ..... lanqas il poplu malti genwin infatti .. u elezzjoni ohra 2022 jerga jurikom ... GOLDEN GIRLS .. LOL .. ma jaqtawx qalbom pfffff ..... ghaddew 4 snin nisimawkom teqirdu u jergu jghaddu dawn ukoll .. komplu IL LABOUR QED ISSAHHUH IKTAR .. GRAZZI

    ReplyDelete