best deal

Friday, 20 October 2017

Kienet magħha ftit qabel ma tilfet ħajjitha f'inċident tat-traffiku


Norma Shaw tirrakkonta kif kienet ma’ Stephanie Rapa, il-mara li lbieraħ tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku, ftit qabel ma ttajret.


Ilbieraħ Stephanie Rapa ta’ 30 sena sfat milquta minn vettura fil-Gżira u sfortunatament hija tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara.

Norma tgħidilna li kienu jaħdmu flimkien fi spiżerija. “Konna kollegi u lbieraħ filgħaxija konna xogħol flimkien. Xħin tlaqna qaltli li sejra n-naħa tal-Gżira u hemmhekk fil-fatt sar l-inċident.”

Tistqarr li saret taf li Stephanie kienet il-vittma tal-inċident minn fuq l-internet. “Sirt naf bl-aħbar minn fuq Facebook u ma stajtx nemmen. Infqajt nibki u ma stajtx nieqaf nirtogħod.”

Dalgħodu Norma tikteb li ma setgħetx temmen li lbieraħ kien l-aħħar shift flimkien u kienet l-aħħar darba li se jaraw lil xulxin.



Tiddeskrivi lil Stephanie bħala mara pożittiva ħafna. “Kulħadd kien iħobbha lil Stephanie. Hija kienet bniedma pożittiva u ċajtiera. Kienet ħabiba tiegħi sew u ħa nimmissjaha ta’ vera,” ittemm tgħidilna Norma.

No comments:

Post a Comment