best deal

Sunday, 1 October 2017

''Kuntenta ħafna li nistgħu nkomplu x-xewqa li kellu Karl meta kien magħna" - Rose, il-mara ta' Karl




Rose, il-mara ta' Karl Vella, tistqarr li tinsab ċerta li huwa jinsab kuntent li qed titwettaq il-ħolma tiegħu bil-Fondazzjoni.


Karl Vella, il-bniedem li minkejja li kien marid, kien jaħseb u jinkwieta fuq ħaddieħor. Karl, il-bniedem li minkejja l-uġigħ, kien jiġi għall-ġbir li kien isir f'Xarabank u fl-Istrina, għaliex kif kien jistqarr hu stess, dan kien jagħtih s-saħħa.



Wara l-mewt ta' Karl, twaqqfet il-Fondazzjoni Karl Vella li toffri appoġġ edukattiv u psikoloġiku lil tfal li jkollhom qraba tagħhom b'mard serju. Għaldaqstant, aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Fondazzjoni fetħet żewġt ikmamar ġodda biex ikunu jistgħu jgħinu aktar tfal. 

Dan għamluh permezz ta' fondi li nġabru u bihom irenxxielhom jibdlu żewġt stalel, f'żewġ kmamar attrezzati biex isir tagħlim li jagħti terapija lil dawn it-tfal. Barra minn hekk, l-ispazju l-ġdid qed jintuża wkoll bħala rekreazzzjoni għall-adoloxxenti.


Aħna tkellimna ma' Rose, il-mara ta' Karl, li tgħidilna li tinsab kuntenta l-Fondazzjoni qed tikber u u li qed tgħin lit-tfal.



"Kuntenta għax ċerta li Karl jinsab kuntent żgur għaliex hu hekk kien iħobb jagħmel meta kien magħna U aħna komplejna fuq il-passi tiegħu u qed inwetqu l-ħolma tiegħu billi nghinu lil tfal għaddejjin minn żmien ħażin"

Bħalissa hemm 18-il tifel u tifla li qed jgħinu u permezz ta' dan l-iżvilupp  jistgħu jgħinu aktar tfal. Rose appellat biex min hu interessat ikun voluntier mal-Fondazzjoni Karl Vella jidħol fuq il-website fejn hemmhekk hemm id-dettalji kollha.







Insellmu l-memorja ta' Karl Vella permezz ta' din il-poeżija li nkitbet minn Sandro Vella:








No comments:

Post a Comment