best deal

Monday, 23 October 2017

L-Arċisqof iqaddes għal ruħ Daphne ftit metri bogħod minn fejn splodiet il-karozza


L-Arċisqof Charles Scicluna jistaqsi lil min qatel, jistax jorqod b'kuxjenza safja.


Fl-omelija li saret waqt il-quddies fil-Bidnija, ġimgħa wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-Arċisqof qal li dak li ġara ġimgħa ilu m'għandux ibeżżagħna imma għandu jgħinna nibżgħu għal xulxin.
Filwaqt li qal li min qatel ried ibeżżagħna u jitterrorizzana, żied jgħid li minkejja ma nafux min hu, Alla jaf. Staqsa jekk dak li mela l-qlub  bin-niket, jistax jorqod b'kuxjenza safja.



L-Arċisqof sostna kif il-qattiel ċaħħad lill-pajjiż minn ġurnalista u kif għandha ssir ġustizzja u ħniena għal Daphne u anke għal min qatilha.
Żied jgħid li jekk naħdmu għall-ġid komuni, m'għandniex nibżgħu, imma nibżgħux għal xulxin. Spjega li fejn hemm il-vjolenza għandna naħdmu għall-paċi, fejn hemm il-mibegħda naħdmu għall-imħabba, fejn hemm l-inġustizzja, nistinkaw biex issir ġustizzja, fejn hemm il-biża’ naħdmu għall-kuraġġ u fejn hemm il-firda naħdmu għall-għaqda.


Il-quddiesa saret fil-kappella tal-Bidnija li għaliha attendew mijiet ta' nies. Fost in-nies preżenti kiem hemm l-aġent President Dolores Cristina, Simon Busuttil, Lawrence Gonzi, Eddie Fenech Adami u wkoll membri mill-Kummissjoni Taljana ta' Kontra l-Mafja, fosthom iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Rosy Bindi. 

Ara l-post ta' fejn inqatlet Daphne Caruana Galizia, ġimgħa wara:







Ritratti: Gino Tanti

No comments:

Post a Comment