
Ivan Grech ma jaqbilx li nhar il-Ħadd li ġej se nmexxu l-ħin siegħa lura.
Ivan jippreferi li l-ġurnata tkun itwal għal diversi raġunijiet. "Dik li l-ġurnata ddum iktar ma tiddlam u mal-17:00pm jkun kważi dalam, iddejjaqni, tant li taffettwani fil-burdata. Nippreferi li tkun itwal il-ġurnata għaliex anke min jispiċċa xogħol fl-16:30pm, għandu siegħa dawl oħra u mhux isuq lura għad-dar fid-dlam. Anke jekk trid tagħmel xi ħaġa wara x-xogħol, tista' tagħmilha meta jkun għadu d-dawl. Pjuttost ngħid li nixtieq li kieku mmexxiha siegħa oħra 'l quddiem. Però hija l-opinjoni personali tiegħi għax hawn min jgħidlek li jiddejjaq jitlaq ix-xogħol fid-dlam. Nifhem ukoll lil min iqum kmieni għax-xogħol u jiddejjaq li jmur ix-xogħol fid-dlam."
Clint Azzopardi wkoll jemmen li għandna nduru l-ħin siegħa lura. "Nemmen li jekk nibqgħu bil-ħin tas-sajf is-sena kollha, dan se jgawdu minnu n-negozju, is-saħħa tal-bniedem u anke l-ambjent," jgħidilna Clint.
Fil-fatt studju juri li iktar minn 70 pajjiż jeqilbu l-ħin siegħa 'l quddiem biex tiġi kkonservata l-enerġija li tinħela fuq dawl artifiċjal. Apparti minn hekk b'dan il-ħin jonqsu l-inċidenti filħinijiet li l-iżjed ikun hemm traffiku. Fuq nota soċjali, in-nies jibqgħu iktar bara u b'hekk tiżdied l-attività kummerċjali.
Inti taqbel li s-siegħa ma mmexxuhiex lura?
Clocks in Russia were moved for the last time; one hour forward to daylight saving time on 27th March 2011, and were not changed to winter time the next autumn. The previous Russian President Dmitry Medvedev introduced the official decision to move the entire country one time zone further east. This aligned Moscow time with that of Georgia, Armenia, Azerbaijan and the Persian Gulf states.
ReplyDelete