best deal

Wednesday, 25 October 2017

Malta Public Transport tirbaħ il-Bus Excellence Award

Malta Public Transport tirbaħ il-Bus Excellence Award għas-servizz eċċellenti li tagħti bit-trasport pubbliku.




L-IRU, li hija l-organizzazzjoni dinija għat-trasport fit-toroq, qalet li Malta Public Transport għamlet xogħol tajjeb biex tittrasforma t-trasport pubbliku b'tal-linja f'servizz affidabbli u komdu għall-passaġġieri. Żiedet tgħid li l-investimenti sinifikanti rriżultaw f'żieda ta' 15% fin-numru ta' passiġġieri meta mqabbel fl-2014, fil-passiġġieri li ġew infurmati aħjar bl-Tallinja app u fiż-żieda fis-sodisfazzjon tal-klijent.

Iċ-Chairman tal-Malta Public Transport, Felipe Cosmen, qal: 'Ninsabu onorati li ksibna dan il-premju. F'dawn l-aħħar sentejn u nofs, iltqajna ma' diversi sfidi, iżda d-determinazzjoni tagħna biex nipprovdu servizz ta' trasport sigur u affidabbli lin-nies, immotiva lil xogħolna bħala tim biex niksbu riżultati pożittivi."

Bħalissa Xarabank qed jorganizza t-Tallinja Challenge u għadek fiċ-ċans illi tapplika. Jekk inti lest li tagħmel ġimgħa mingħajr il-karozza personali tiegħek u tuża tal-linja biss, tkun qiegħed fiċ-ċans li tirbaħ €3,000. Ibagħtilna fuq xarabank@tvm.com.mt jew ċemplilna fuq 21249200. Qed nistennewk!

No comments:

Post a Comment