Monday, 16 October 2017
Malta Youth Press tikkundanna l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia
Il-Malta Youth Press tikkundanna bla riservi l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, hija qalet li tinsab iddispjaċuta bl-aħbar li għadha kemm ixxukkjat lil Malta.
Spjegat li dan l-inċident mhuwiex biss attakk personali iżda huwa attakk ukoll fuq il-libertà tal-espressjoni, fuq kull min jaħdem fil-midja kif ukoll fuq id-demokrazija
Filwaqt li tikkundanna dan l-attakk fuq Daphne Caruana Caruana Galizia u fuq id-dritt tal-kelma, ittemm billi tibgħat il-kondoljanzi lill-familja u ħbieb ta' Daphne Caruana Galizia.
Il-Malta Youth Press hija organizzazzjoni li tirrappreżenta liż-żgħażagħ li jaħdmu fil-midja.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment