Mara tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn vettura fil-Gżira.
Kien għall-ħabta tat-tmienja neqsin għoxrin, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li mara ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq sfat milquta minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti s-Swieqi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura iżda sfortunatament hija tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara.
Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.
Filwaqt li nħatret inkjesta maġisterjali, li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratti: Maria Desira
No comments:
Post a Comment